This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0472
Case C-472/21, Monz Handelsgesellschaft International: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 16 February 2023 (request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof — Germany) — Monz Handelsgesellschaft International mbH & Co. KG v Büchel GmbH & Co. Fahrzeugtechnik KG (Reference for a preliminary ruling — Intellectual property — Design — Directive 98/71/EC — Article 3(3) and (4) — Conditions for obtaining protection for a component part of a complex product — Concepts of ‘visibility’ and ‘normal use’ — Visibility of a component part of a complex product during normal use of that product by the end user)
KawżaC-472/21, Monz Handelsgesellschaft International: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Monz Handelsgesellschaft lnternational mbH & Co. KG vs Büchel GmbH & Co. Fahrzeugtechnik KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Disinn – Direttiva 98/71/KE – Artikolu 3(3) u (4) – Kundizzjonijiet għall-kisba tal-protezzjoni ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless – Kunċetti ta’ “viżibbiltà” u ta’ “użu normali” – Viżibbiltà ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless waqt l-użu normali ta’ dan il-prodott mill-utent finali)

ĠU C 127, 11.4.2023, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 127/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Monz Handelsgesellschaft lnternational mbH & Co. KG vs Büchel GmbH & Co. Fahrzeugtechnik KG
(KawżaC-472/21 (1), Monz Handelsgesellschaft International)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Disinn - Direttiva 98/71/KE - Artikolu 3(3) u (4) - Kundizzjonijiet għall-kisba tal-protezzjoni ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless - Kunċetti ta’ “viżibbiltà” u ta’ “użu normali” - Viżibbiltà ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless waqt l-użu normali ta’ dan il-prodott mill-utent finali)
(2023/C 127/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Monz Handelsgesellschaft lnternational mbH & Co. KG
Konvenut: Büchel GmbH & Co. Fahrzeugtechnik KG
Dispożittiv
L-Artikolu 3(3) u (4) tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
r-rekwiżit ta’ “viżibbiltà”, previst f’din id-dispożizzjoni, sabiex disinn applikat għal prodott jew inkorporat fi prodott li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless ikun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni legali tad-disinni, għandu jiġi evalwat fid-dawl ta’ sitwazzjoni ta’ użu normali ta’ dan il-prodott kumpless, b’tali mod li l-parti kkonċernata, ladarba tkun inkorporata fl-imsemmi prodott, tibqa’ tidher matul tali użu. Għal dan il-għan, il-viżibbiltà ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless waqt l-“użu normali” tiegħu mill-utent finali għandha tiġi evalwata mill-perspettiva ta’ dan l-utent kif ukoll minn dik ta’ osservatur estern, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li dan l-użu normali għandu jkopri l-atti mwettqa waqt l-użu prinċipali ta’ prodott kumpless kif ukoll dawk li għandhom normalment jitwettqu mill-utent finali fil-kuntest ta’ tali użu, bl-eċċezzjoni tal-manutenzjoni, tas-servis u tat-tiswija.