Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0393

    Kawża C-393/21, Lufthansa Technik AERO Alzey: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn Lufthansa Technik AERO Alzey GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 805/2004 – Titolu eżekuttiv Ewropew għal talbiet mhux ikkontestati – Artikolu 23(ċ) – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Kunċett)

    ĠU C 127, 11.4.2023, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 127/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn Lufthansa Technik AERO Alzey GmbH

    (Kawża C-393/21 (1), Lufthansa Technik AERO Alzey)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għal talbiet mhux ikkontestati - Artikolu 23(ċ) - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Kunċett)

    (2023/C 127/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Lufthansa Technik AERO Alzey GmbH

    Fil-preżenza ta’: Arik Air Limited, Asset Management Corporation of Nigeria (AMCON), antstolis Marekas Petrovskis

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 23(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” inkluż fih, ikopri sitwazzjoni fejn it-tkomplija tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew, meta d-debitur ikun ressaq, fl-Istat Membru ta’ oriġini, azzjoni kontra din is-sentenza jew ikun ippreżenta talba għal korrezzjoni jew għal irtirar taċ-ċertifikat ta’ titolu eżekuttiv Ewropew, tesponi lil dan id-debitur għal riskju reali ta’ dannu partikolarment gravi li l-kumpens tiegħu, fil-każ ta’ annullament tal-imsemmija sentenza jew ta’ korrezzjoni jew irtirar taċ-ċertifikat ta’ titolu eżekuttiv Ewropew, ikun impossibbli jew estremament diffiċli. Dan il-kunċett ma jirreferix għal ċirkustanzi marbuta mal-proċedura ġudizzjarja mressqa fl-Istat Membru ta’ oriġini kontra s-sentenza ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew jew kontra ċ-ċertifikat ta’ titolu eżekuttiv Ewropew.

    2)

    L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 805/2004

    għandu jiġi interpretat fis-sens:

    li jippermetti l-applikazzjoni simultanja tal-miżuri ta’ limitazzjoni u ta’ kostituzzjoni ta’ garanzija li huwa jipprevedi fil-punti (a) u (b) tiegħu, iżda mhux l-applikazzjoni simultanja ta’ waħda minn dawn iż-żewġ miżuri ma’ dik ta’ sospensjoni tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni msemmija fil-punt (ċ) tiegħu.

    3)

    L-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 805/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 11 tiegħu,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    meta n-natura eżekuttiva ta’ sentenza ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew tkun ġiet sospiża fl-Istat Membru ta’ oriġini u ċ-ċertifikat previst f’dan l-Artikolu 6(2) ikun ġie ppreżentat lill-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, din il-qorti għandha tissospendi, abbażi ta’ din id-deċiżjoni, il-proċedura ta’ eżekuzzjoni mibdija f’dan l-aħħar Stat.


    (1)  ĠU C 368, 13.9.2021


    Top