Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0268

    Kawża C-268/21, Norra Stockholm Bygg: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Norra Stockholm Bygg AB vs Per Nycander AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tad-data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 6(3) u (4) – Legalità tat-trattament – Produzzjoni ta’ dokument li jinkludi data personali fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ċivili – Artikolu 23(1)(f) u (j) – Protezzjoni tal-indipendenza tal-ġustizzja u tal-proċeduri ġudizzjarji – Eżekuzzjoni ta’ talbiet irregolati mid-dritt ċivili – Rekwiżiti li għandhom jiġu osservati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tas-suġġetti tad-data – Ponderazzjoni tal-interessi kunfliġġenti preżenti – Artikolu 5 – Minimizzazzjoni tad-data personali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 7 – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Artikolu 8 – Dritt għall-protezzjoni tad-data personali – Artikolu 47 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Norra Stockholm Bygg AB vs Per Nycander AB

    (Kawża C-268/21 (1), Norra Stockholm Bygg)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 6(3) u (4) - Legalità tat-trattament - Produzzjoni ta’ dokument li jinkludi data personali fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ċivili - Artikolu 23(1)(f) u (j) - Protezzjoni tal-indipendenza tal-ġustizzja u tal-proċeduri ġudizzjarji - Eżekuzzjoni ta’ talbiet irregolati mid-dritt ċivili - Rekwiżiti li għandhom jiġu osservati - Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tas-suġġetti tad-data - Ponderazzjoni tal-interessi kunfliġġenti preżenti - Artikolu 5 - Minimizzazzjoni tad-data personali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 7 - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Artikolu 8 - Dritt għall-protezzjoni tad-data personali - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    (2023/C 155/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Högsta domstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Norra Stockholm Bygg AB

    Konvenut: Per Nycander AB

    fil-preżenza ta’: Entral AB

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 6(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data),

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    din id-dispożizzjoni tapplika, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ċivili, għall-produzzjoni bħala prova ta’ reġistru tal-persunal li jinkludi data personali ta’ terzi persuni miġbura prinċipalment għall-finijiet ta’ kontroll fiskali.

    2)

    L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament 2016/679

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    meta ssir il-ponderazzjoni tal-punt dwar jekk għandhiex tiġi ordnata l-produzzjoni ta’ dokument li jinkludi data personali, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi tas-suġġetti tad-data u tevalwahom skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ, tat-tip ta’ proċedura inkwistjoni u billi tieħu debitament inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll, b’mod partikolari, minn dawk li jirriżultaw mill-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(c) ta’ dan ir-regolament.


    (1)  ĠU C 252, 28.06.2021.


    Top