Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0070

Kawża C-70/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) – Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu ta’ kuljum stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) fl-agglomerazzjonijiet ta’ Tessaloniki, (EL 0004) – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu “l-iqsar possibbli” li fih jinqabżu l-valuri limitu – Miżuri xierqa)

ĠU C 173, 15.5.2023, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-70/21) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) - Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu ta’ kuljum stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) fl-agglomerazzjonijiet ta’ Tessaloniki, (EL 0004) - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu “l-iqsar possibbli” li fih jinqabżu l-valuri limitu - Miżuri xierqa)

(2023/C 173/03)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika,

billi ma assiguratx li l-valur ta’ limitu ta’ kuljum stabbilit għall-PM10 ma nqabiżx b’mod sistematiku u persistenti, mis-sena 2005 sas-sena 2012 inkluża, fl-2014, imbagħad minn ġdid mis-sena 2017 sas-sena 2019 inkluża, fl-agglomerazzjoni ta’ Tessaloniki (EL 0004), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 13(1) u l-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, u,

billi ma adottatx, mill-11 ta’ Ġunju 2010, il-miżuri xierqa biex tiġi ggarantita l-konformità mal-valur ta’ limitu ta’ kuljum stabbilit għall-PM10 fl-agglomerazzjoni ta’ Tessaloniki (EL 0004), naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, u, b’mod partikolari, l-obbligu li jiġi żgurat li l-pjanijiet tal-kwalità tal-arja jinkludu miżuri xierqa sabiex il-perijodu li matulu jinqabeż dan il-valur ta’ limitu jkun qasir kemm jista’ jkun.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 12.04.2021.


Top