This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0743
Case T-743/20: Action brought on 17 December 2020 — Car-Master 2 v Commission
Kawża T-743/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Car-Master 2 vs Il-Kummissjoni
Kawża T-743/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Car-Master 2 vs Il-Kummissjoni
ĠU C 72, 1.3.2021, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/28 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Car-Master 2 vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-743/20)
(2021/C 72/40)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Car-Master 2 sp. z o.o. sp.k. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: M. Miśkowicz, radca prawny)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 7369 final tat-22 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ AT.40665 – Toyota; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, flimkien mal-ispejjeż ta’ rappreżentanza legali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata u applikazzjoni inkorretta tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1/2003) (1).
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba li jirriżulta mil-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”).
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).