Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0738

Kawża T-738/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Deutschtec vs EUIPO – Group A (HOLUX)

ĠU C 53, 15.2.2021, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/51


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Deutschtec vs EUIPO – Group A (HOLUX)

(Kawża T-738/20)

(2021/C 53/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Deutschtec GmbH (Petershagen/Eggersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Arnade, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Group A NV (Hasselt, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “HOLUX”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 371 378

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 223/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2019 fil-Każ B 3 051 677 sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Id-deċiżjoni kkontestata ma għandhiex il-konklużjoni neċessarja misluta mill-fatt li l-kliem “metall komuni u l-ligi tiegħu” kif ukoll “prodotti tal-metall” fi Klassi 6 huma vagi wisq. Barra minn hekk, ma għandhiex analiżi diliġenti jekk id-destinatarji fis-suq jikkunsidrawx prodotti ġejjin mill-istess oriġini.


Top