Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0658

    Kawża T-658/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2020 – Jakober vs EUIPO (Forma ta’ tazza)

    ĠU C 433, 14.12.2020, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 433/67


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2020 – Jakober vs EUIPO (Forma ta’ tazza)

    (Kawża T-658/20)

    (2020/C 433/83)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Philip Jakober (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, Rechtsanwalt)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ tazza) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 963 994

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 554/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tirriforma d-deċiżjoni kkontestata u tikkonstata li l-appell huwa fondat u li għalhekk it-trade mark tal-Unjoni Nru 15 963 994 għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-EUIPO;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top