Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0617

    Kawża T-617/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2020 – Standardkessel Baumgarte Holding vs EUIPO (Standardkessel)

    ĠU C 414, 30.11.2020, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/44


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2020 – Standardkessel Baumgarte Holding vs EUIPO (Standardkessel)

    (Kawża T-617/20)

    (2020/C 414/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Standardkessel Baumgarte Holding GmbH (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “Standardkessel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 017 986

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 2665/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top