EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0512

Kawża T-512/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)

ĠU C 378, 9.11.2020, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)

(Kawża T-512/20)

(2020/C 378/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor GmbH (Lorsch, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zagg Inc. (Salt Lake City, Utah, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Nru 1 253 876-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 294/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jiddikjara d-disinn ikkontestat invalidu skont l-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.


Top