This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0499
Case T-499/20: Action brought on 10 August 2020 — Banco Cooperativo Español v SRB
Kawża T-499/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Banco Cooperativo Español vs SRB
Kawża T-499/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Banco Cooperativo Español vs SRB
ĠU C 313, 21.9.2020, p. 33–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 313/33 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Banco Cooperativo Español vs SRB
(Kawża T-499/20)
(2020/C 313/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Cooperativo Español, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero, J. Beltrán de Lubiano Sáez de Urabain u P. Biscari García, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
(i) |
tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63; |
(ii) |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, minħabba ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/79 u tal-Artikolu 70 tar-Regolament 806/2014, interpretati fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; |
(iii) |
fi kwalunkwe każ, tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tagħti lok għal effetti retroattivi mid-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2016 u, għalhekk, tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jagħti lok għal tali effetti; |
(iv) |
fi kwalunkwe każ, tordna lil SRB jikkumpensa lill-Banco Cooperativo Español:
|
(v) |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tad-19 ta’ Marzu 2020 dwar il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2020/16) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). Ir-rikorrenti tqis li SRB ried jattribwixxi effetti retroattivi lid-deċiżjoni kkontestata, billi jistabbilixxi d-data tal-effetti tagħha għall-15 ta’ April 2016, data li fiha ġiet adottata l-ewwel deċiżjoni dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante li jikkorrispondu għas-sena 2016.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni (ĠU 2005, L 11, p. 44).
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59 u tal-Artikolu 70 tar-Regolament 806/2014, interpretati fid-dawl tal-Artikolu 16 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li jippermetti li jiġu attribwiti effetti retroattivi għal deċiżjoni.
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ir-responsabbiltà kuntrattwali ta’ SRB skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE u 87(3) tar-Regolament 806/2014 minħabba arrikkiment indebitu.
|