Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0492

Kawża T-492/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju2020 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Lámpara)

ĠU C 313, 21.9.2020, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/33


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju2020 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Lámpara)

(Kawża T-492/20)

(2020/C 313/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: S. Tous, SL (Manresa, Spanja) (rappreżentanti: D. Gómez Sánchez u J.L. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang China-Best Import & Export Co. Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju (Luces) – Disinn Komunitarju Nru 4422343-0012

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1553/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-proprjetarju tad-disinn kontenzjuż għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk imġarrba waqt il-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u t-Tielet Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 (flimkien mal-Artikoli 6, 7 u 9(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


Top