Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0484

    Kawża T-484/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020 – SATSE vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 304, 14.9.2020, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/25


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020 – SATSE vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-484/20)

    (2020/C 304/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Sindicato de Enfermería (SATSE) (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Sesmero González, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali tannulla d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/739 tat-3 ta’ Ġunju 2020 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tas-SARS-CoV-2 fil-lista tal-aġenti bijoloġiċi magħrufa li jinfettaw lill-bnedmin u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1833, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4.06.2020 (L 175/11 – L 175/14).

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2 u 18 tad-Direttiva 2000/54/KE, flimkien mal-Anness III tagħha.

    F’dan ir-rigward hija allegata l-ineżistenza ta’ trattament effettiv jew ta’ profilaxis kontra l-aġent bijoloġiku SARS-CoV-2; il-fatt li dan huwa virus ikkatologat bħala kontaġġjuż ħafna u li jinbidel u, għaldaqstant, hemm probabbiltà kbira li jinfirex fil-kollettività; u l-fatt li l-coronavirus SARA-CoV-2 jipprovoka patoloġiji u sintomi gravi li jikkawżaw mard gravi fil-bniedem, fatt li jikkostitwixxi periklu serju għall-ħaddiema.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-aġent bijoloġiku SARA-CoV-2 fil-grupp 3.

    F’dan ir-rigward huwa ddikjarat li, l-Kummissjoni, filwaqt li tirrikonoxxi l-ineżistenza ta’ vaċċin u ta’ trattament effettiv, u filwaqt li tqis il-kontenut tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/54/KE, tikklassifika is-SARA-CoV-2 fil-grupp ta’ riskju 3 flok in-numru 4.


    Top