Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0481

    Kawża T-481/20: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 – Magnetec vs EUIPO (CoolTUBE)

    ĠU C 304, 14.9.2020, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/24


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 – Magnetec vs EUIPO (CoolTUBE)

    (Kawża T-481/20)

    (2020/C 304/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Magnetec – Gesellschaft für Magnettechnologie mbH (Langenselbold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CoolTUBE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 022 606

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1755/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba fil-kuntest tal-appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top