Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0476

    Kawża T-476/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Alteryx vs EUIPO – Allocate Software (ALLOCATE)

    ĠU C 313, 21.9.2020, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/31


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Alteryx vs EUIPO – Allocate Software (ALLOCATE)

    (Kawża T-476/20)

    (2020/C 313/44)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alteryx, Inc. (Irvine, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Holah, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allocate Software Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ALLOCATE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 740 658

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1709/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha u tħallas dawk mġarrab mir-rikorrenti, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

    fil-każ li l-parti l-oħra tipparteċipa fil-proċeduri bħala intervenjenti, tikkundannaha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jimmotiva d-deċiżjoni.


    Top