Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0370

    Kawża T-370/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – KL vs BEI

    ĠU C 255, 3.8.2020, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/33


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – KL vs BEI

    (Kawża T-370/20)

    (2020/C 255/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: KL (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

    b’konsegwenza li,

    tannulla d-deċiżjonijiet tal-BEI tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019 li jiddikjaraw ir-rikorrent adattat li jaħdem u f’assenza inġustifikata mit-18 ta’ Frar 2019;

    sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-16 ta’ Marzu 2020 li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-kummissjonii ta’ konċiljazzjoni u, konsegwentement, id-deċiżjonijiet tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019;

    għaldaqstant,

    tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas retroattiv tal-pensjoni ta’ invalidità fil-prinċipju mill-1 ta’ Frar 2019;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ interessi moratorji fuq il-pensjoni ta’ invalidità dovuti mill-1 ta’ Frar 2019 u dan sal-ħlas komplet, peress li l-interessi moratorji huma ffissati bir-rata ta’ interess tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjud b’żewġ punti;

    tikkundanna lil BEI għall-kumpens tad-dannu morali tar-rikorrent;

    tikkundanna lil BEI għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 46-1 u 48-1 tar-Regolament tal-Iskema ta’ Pensjoni u tal-Artikolu 11(1) u (3) tad-dispożizzjonijiet amministrattivi kif ukol fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura.


    Top