Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0366

    Kawża T-366/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2020 – 1031023 B.C. vs EUIPO – Bodegas San Valero (Rappreżentazzjoni ta’ element tond li jixbah pinzellata)

    ĠU C 255, 3.8.2020, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/31


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2020 – 1031023 B.C. vs EUIPO – Bodegas San Valero (Rappreżentazzjoni ta’ element tond li jixbah pinzellata)

    (Kawża T-366/20)

    (2020/C 255/41)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: 1031023 B.C. Ltd (Richmond, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentant: M. González Gordon, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas San Valero, S. Coop. (Cariñena, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ element tond li jixbah pinzellata) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 890 405

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2142/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tammetti r-rikors u d-dokumenti mehmuża u tikkunsidra li r-rikors ġie ppreżentat fil-ħin u fil-forma kontra d-deċiżjoni kkontestata u li, wara li twettqu l-proċeduri xierqa, tagħti sentenza li tilqa’ t-talbiet ta’ din il-parti u tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 17 890 405.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top