Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0365

    Kawża T-365/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Forma ta’ disinn ta’ pett taż-żarbun)

    ĠU C 255, 3.8.2020, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/31


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Forma ta’ disinn ta’ pett taż-żarbun)

    (Kawża T-365/20)

    (2020/C 255/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Linz am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u K. Middelhoff, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni (Forma ta’ disinn ta’ pett taż-żarbun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 576 284

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1706/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top