Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0362

    Kawża T-362/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Acciona vs EUIPO – Agencia Negociadora PB (REACCIONA)

    ĠU C 255, 3.8.2020, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/29


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Acciona vs EUIPO – Agencia Negociadora PB (REACCIONA)

    (Kawża T-362/20)

    (2020/C 255/38)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Acciona, SA (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: J. C. Erdozain López, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agencia Negociadora PB, SL (Las Rozas, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali REACCIONA –Trade mark tal-Unjoni Nru 8 605 578

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 fil-Każ R 652/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, f’każ li din topponi din it-talba, għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top