Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0359

    Kawża T-359/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2020 – Team Beverage vs EUIPO – Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage)

    ĠU C 255, 3.8.2020, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/28


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2020 – Team Beverage vs EUIPO – Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage)

    (Kawża T-359/20)

    (2020/C 255/36)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u N. Achilles, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung AG (Bonn, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “Team Beverage” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 665 704

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2020 fil-Każ R 2727/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 18 u 47 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top