Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0340

    Kawża T-340/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Galván Fernández-Guillén vs SRB

    ĠU C 247, 27.7.2020, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/44


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Galván Fernández-Guillén vs SRB

    (Kawża T-340/20)

    (2020/C 247/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: José María Galván Fernández-Guillén (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, abogados)

    Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni (SRB/EES/2020/52) tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A. permezz tal-miżuri ta’ riżoluzzjoni;

    tikkundanna lill-SRB għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt fundamentali ta’ proprjetà privata, sa fejn Banco Popular kellu, fil-mument tar-riżoluzzjoni, patrimonju nett pożittiv li ma kienx jiġġustifika li persuni jiġu mċaħħda mit-titoli tagħhom mingħajr ma jiġu kkumpensati.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ proprjetà minħabba l-assenza ta’ kriterji ċari ta’ valorizzazzoni fil-mument tar-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, peress li huma l-kriterji l-ġodda approvati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 (1), li daħal fis-seħħ biss fid-29 ta’ Marzu 2018, jiġifieri tmien xhur wara r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, li ġew applikati retroattivament.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ indipendenza tad-ditta Deloitte sabiex twettaq il-valorizzazzjoni 3, l-unika valorizzazzjoni li hija bbażata fuqha d-deċiżjoni SRB/EES/2020/52 minħabba li din id-ditta kienet wettqet il-valorizzazzjoni 2 provviżorja.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża sa fejn is-SRB ikompli jqis sensittiva ċerta informazzjoni u jkompli jaħbiha mill-azzjonisti u l-kredituri ta’ Banco Popular, bil-pretest li “l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jista’ jikser id-drittijiet ta’ difiża tal-istabbiliment fil-proċeduri kontenzjużi pendenti”.


    (1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 tal-14 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni (ĠU 2018, L 67, p. 3).


    Top