Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0316

    Kawża T-316/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Naturstrom vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 247, 27.7.2020, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/37


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Naturstrom vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-316/20)

    (2020/C 247/51)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Naturstrom AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea6

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern il-konċentrazzjoni “RWE/E.ON Assets”, Każ M.8871 (ĠU 2020, C 111, p. 1);

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikors huwa bbażat fuq tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-312/20, EVH vs Il-Kummissjoni.


    Top