EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0304

Kawża T-304/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2020 – Molina Fernández vs SRB

ĠU C 247, 27.7.2020, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2020 – Molina Fernández vs SRB

(Kawża T-304/20)

(2020/C 247/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laura Molina Fernández (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Rodríguez Bajón u A. Gómez-Acebo Dennes, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni SRB/EES/2020/52 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A., li ġew affettwati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni adottati.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ġustament tqis li r-Rapport dwar il-Valwazzjoni 3 ma nħariġx minn espert tassew indipendenti, kif meħtieġ mill-Artikolu 20(16) sa (18) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

2.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ġustament tikkunsidra li r-Rapport dwar il-Valwazzjoni 3 huwa illegali peress li l-metodoloġija tal-analiżi mwettqa minn Deloitte hija żbaljata, li jwassal għal konklużjonijiet li huma wkoll żbaljati li għandhom konsegwenzi negattivi serji għar-rikorrenti, li hija mċaħħda indebitament u inġustament mill-kumpens li għalih hija intitolata.

3.

It-tielet nett, il-valwazzjoni 3 tassumi bażi żbaljata fuq l-istat finanzjarju ta’ Banco Popular fiż-żmien tar-riżoluzzjoni tiegħu.


Top