Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0300

    Kawża T-300/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – Nosio vs EUIPO – Tros del Beto (ACCUSÌ)

    ĠU C 247, 27.7.2020, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/29


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – Nosio vs EUIPO – Tros del Beto (ACCUSÌ)

    (Kawża T-300/20)

    (2020/C 247/39)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer, G. Rubino, A. Ottolini, lawyers)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tros del Beto, SLU (Marçà, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ACCUSÌ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 014 921

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 871/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddikjara s-sinjali huma differenti;

    taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top