Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0289

    Kawża T-289/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Facegym vs EUIPO (FACEGYM)

    ĠU C 247, 27.7.2020, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/26


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Facegym vs EUIPO (FACEGYM)

    (Kawża T-289/20)

    (2020/C 247/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Facegym Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “FACEGYM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni No. W1 466 456

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 70/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    alternattivament

    tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-allegati prodotti u servizzi kontenzjużi tat-trade mark internazzjonali rreġistrata ma jiksrux l-Artikolu 7(1)(b) jew (c);

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura u għall-ispejjeż ta’ ħawn isfel.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) jew (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top