Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0270

    Kawża T-270/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB

    ĠU C 247, 27.7.2020, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/19


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB

    (Kawża T-270/20)

    (2020/C 247/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

    Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2018 ikkomunikat lilu fit-12 ta’ Ġunju 2019;

    tannulla, kif meħtieġ, id-deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2020, innotifikata fit-28 ta’ Jannar 2020, li tiċħad l-ilment tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2019;

    tordna l-ħlas ta’ kumpens finanzjarju għad-dannu morali evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 15 000;

    tordna l-kumpens għad-dannu materjali tiegħu għal ammont ta’ EUR 2 322 kkawżat mill-iffriżar tas-salarju fil-grad AD 6, livell 3, għal perjodu ta’ 12-il xahar minn Awwissu 2019;

    tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u akkużi malafamanti.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ għanijiet professjonali u l-assenza ta’ deskrizzjoni tax-xogħol applikabbli.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità u ksur tad-deċiżjoni tas-CRU meħuda fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2015 (1).

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-imsemmi SRB tal-25 ta’ Marzu 2015 u fuq ksur tal-obbligu ta’ premura.

    Fir-rigward tat-talba għal kumpens, ir-rikorrent jinvoka n-nuqqas imwettaq mill-konvenut, id-dannu mġarrab u r-rabta kawżali bejn in-nuqqas u d-dannu.


    (1)  Deċiżjoni tal-Bord dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-proċeduri għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-membri tal-persunal temporanju.


    Top