EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0259

Kawża T-259/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

ĠU C 215, 29.6.2020, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/59


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/20)

(2020/C 215/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56765 (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

ir-rikorrenti talbet ukoll li l-azzjoni tagħha tiġi ddeterminata taħt il-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u l-moviment liberu tas-servizzi li fuqhom ġiet ibbażata l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa minn tmiem is-snin tmenin. Il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni ppermettiet it-tkattir ta’ linji tal-ajru low-cost li verament huma pan-Ewropej. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tinjora r-rwol ta’ tali linji tal-ajru pan-Ewropej fl-istruttura tas-suq ta’ Stati Membri tal-Unjoni billi tippermetti lil Franza tirriżerva għajnuna biss għal dawk il-linji tal-ajru tal-Unjoni li lilhom Franza ħarġet liċenzji ta’ operat tal-Unjoni. L-Artikolu 107(2)(b) TFUE jipprovdi eċċezzjoni għall-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE iżda ma jipprovdix eċċezzjoni għar-regoli u prinċipji oħra tat-TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-istħarriġ tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna għall-ħsara kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji, u fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti min-naħa tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56765 (2020/N) – Franza COVID-19 – Moratoire sur le paiement de taxes aéronautiques en faveur des entreprises de transport public aérien (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).


Top