This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0253
Case T-253/20: Action brought on 5 May 2020 — Oatly v EUIPO (IT'S LIKE MILK BUT MADE FOR HUMANS)
Kawża T-253/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Oatly vs EUIPO (IT’S LIKE MILK BUT MADE FOR HUMANS)
Kawża T-253/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Oatly vs EUIPO (IT’S LIKE MILK BUT MADE FOR HUMANS)
ĠU C 215, 29.6.2020, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/57 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Oatly vs EUIPO (IT’S LIKE MILK BUT MADE FOR HUMANS)
(Kawża T-253/20)
(2020/C 215/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Oatly AB (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Johansson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea IT’S LIKE MILK BUT MADE FOR HUMANS – Nru 18 035 560
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 2446/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż relattivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |