Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0251

    Kawża T-251/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – KG vs Il-Parlament

    ĠU C 247, 27.7.2020, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/17


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – KG vs Il-Parlament

    (Kawża T-251/20)

    (2020/C 247/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: KG (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Frar 2020 li tiċħad l-ilment tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2019;

    tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Awwissu 2019 li tiċħad it-talba inizjali magħmula mir-rikorrent fl-4 ta’ April 2019;

    tordna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrent d-dannu morali stmat, ex aequo et bono, għal EUR 5 000;

    tikkundanna lill-konvenut jirrimborsa l-ispejjeż legali kollha, inklużi l-ispejjeż tal-konsulent legali tar-rikorrent.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 20(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq ksur tal-prinċipju tal-kontinwità tas-servizz.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ drittijiet miksuba.

    3.

    It-tielet motiv huwa ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ premura.


    Top