Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0634

Kawża T-634/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Lulju 2021 – UPTR vs Il-Parlament u l-Kunsill (“Rikors għal annullament – Trasport bit-triq – Regolament (UE) 2020/1055 – Kuntratt ta’ trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq – Kabotaġġ – Assoċjazzjoni professjonali – Locus standi – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà”)

ĠU C 412, 11.10.2021, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Lulju 2021 – UPTR vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-634/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Trasport bit-triq - Regolament (UE) 2020/1055 - Kuntratt ta’ trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq - Kabotaġġ - Assoċjazzjoni professjonali - Locus standi - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2021/C 412/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) (Herstal, il-Belġju) (rappreżentant: F. Vanden Bogaerde, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. van de Westelaken u A. Tamás, agenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Norberg, L. Vetillard u S. Emmerechts, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU 2020, L 249, p. 17).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


Top