Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0565

    Kawża T-565/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru – Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Talba għal smigħ ta’ xhieda – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/34


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)

    (Kawża T-565/20) (1)

    (“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru - Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Talba għal smigħ ta’ xhieda - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    (2021/C 310/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: TrekStor GmbH (Bensheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zagg Inc. (Midvale, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 297/2019-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor u Zagg.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    TrekStor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


    Top