EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0338

Kawża T-338/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2022 – KI vs eu-LISA (“Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Riorganizzazzjoni interna tad-dipartimenti tal-eu-LISA – Mili tal-pożizzjonijiet b’assenjazzjoni mill-ġdid – Interess tas-servizz – Korrelazzjoni bejn il-grad u l-impjieg – Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà”)

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 198, 16.5.2022, p. 33–33 (GA)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2022 – KI vs eu-LISA

(Kawża T-338/20) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Riorganizzazzjoni interna tad-dipartimenti tal-eu-LISA - Mili tal-pożizzjonijiet b’assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz - Korrelazzjoni bejn il-grad u l-impjieg - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)

(2022/C 198/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: KI (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) (rappreżentanti: K. Czekalowski u M. Chiodi, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-eu-LISA tal-15 ta’ Lulju 2019 li tassenja mill-ġdid lir-rikorrent wara l-organizzazzjoni mill-ġdid interna tas-servizzi ta’ din l-aġenzija u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sofra wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

KI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


Top