EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0757

Kawża T-757/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2022 – OT vs Il-Parlament Ewropew (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sanzjoni dixxiplinari – Ċanfira – Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Żball ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 198, 16.5.2022, p. 30–30 (GA)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2022 – OT vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-757/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxiplinari - Ċanfira - Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 198/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OT (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Diċembru 2019 li timponi ċanfira fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Diċembru 2019 li timponi ċanfira fuq OT, hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


Top