Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0579

    Kawża T-579/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Genekam Biotechnology vs Il-Kummissjoni (“Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Proġett Fibrogelnet – Irkupru ta’ dejn – Mekkaniżmu ta’ kopertura tar-riskji – Dejn effettivament irkuprat fil-fond ta’ garanzija – Deċiżjoni li tistabbilixxi obbligu pekunarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv – Artikolu 299 TFUE – Kompetenza tal-awtur tal-att – Waqfien tal-parteċipazzjoni tar-rikorrent fil-proġett – Spejjeż eliġibbli – Rapporti u riżultati”)

    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 29–29 (GA)

    16.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Genekam Biotechnology vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-579/20) (1)

    (“Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġett Fibrogelnet - Irkupru ta’ dejn - Mekkaniżmu ta’ kopertura tar-riskji - Dejn effettivament irkuprat fil-fond ta’ garanzija - Deċiżjoni li tistabbilixxi obbligu pekunarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Kompetenza tal-awtur tal-att - Waqfien tal-parteċipazzjoni tar-rikorrent fil-proġett - Spejjeż eliġibbli - Rapporti u riżultati”)

    (2022/C 198/52)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Genekam Biotechnology AG (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Hertwig, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, J. Estrada de Solà u R. Pethke, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2020) 5548 final tas-7 ta’ Awwissu 2020 li tistabbilixxi obbligu pekunjarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv fir-rigward tar-rikorrenti u li tirrigwarda s-somma ta’ EUR 119 659,55, miżjuda bl-interessi moratorji, li ġejjin mis-sussidju li hija rċeviet abbażi tal-proġett Fibrogelnet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Genekam Biotechnology AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 414, 30.11.2020.


    Top