EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0503

Kawża T-503/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – T i D kontrolni sistemi vs EUIPO – Sigmatron (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn preċedenti – Assenza ta’ rilevanza – Żvelar tad-disinn preċedenti – Utent informat – Livell ta’ libertà tal-kreatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

ĠU C 513, 20.12.2021, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – T i D kontrolni sistemi vs EUIPO – Sigmatron (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni)

(Kawża T-503/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn preċedenti - Assenza ta’ rilevanza - Żvelar tad-disinn preċedenti - Utent informat - Livell ta’ libertà tal-kreatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2021/C 513/38)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: T i D kontrolni sistemi EOOD (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentant: P. Priparzhenski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Georgieva u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sigmatron EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2020 (Każ R 956/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sigmatron u T i D kontrolni sistemi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T i D kontrolni sistemi EOOD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


Top