Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0456

    Kawża T-456/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2022 – LA vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni – Kriterji għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali – Konformità mal-avviż ta’ kompetizzjoni tal-kriterji użati mill-Bord tal-Għażla”)

    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 28–28 (GA)

    16.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2022 – LA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-456/20) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni - Kriterji għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali - Konformità mal-avviż ta’ kompetizzjoni tal-kriterji użati mill-Bord tal-Għażla”)

    (2022/C 198/47)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: LA (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand u I. Melo Sampaio, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-6 ta’ April 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni msemmija.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid tal-esklużjoni ta’ LA mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


    Top