Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CU0001

Opinjoni C-1/20: Talba għal opinjoni mressqa mir-Renju tal-Belġju skont l-Artikolu 218(11) TFUE

ĠU C 53, 15.2.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/15


Talba għal opinjoni mressqa mir-Renju tal-Belġju skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni C-1/20)

(2021/C 53/18)

Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, J.-C. Halleux, M. Van Regemorter, S. Baeyens, aġenti)

Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-abbozz ta’ Trattat tal-Karta tal-Enerġija mmodernizzat huwa kompatibbli mat-Trattati, u b’mod partikolari mal-Artikoli 19 TUE u 344 TFUE:

f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 26 tal-imsemmi ftehim, jekk dan l-artikolu jista’ jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-applikazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim?

sa fejn, jekk l-Artikolu 26 tal-imsemmi ftehim jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-applikazzjoni fi ħdan l-Unjoni tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim, dan il-ftehim ma jipprevedix regola speċifika espressa jew klawżola ta’ skonnessjoni espliċita, b’mod partikolari fid-definizzjonijiet ta’ investiment u ta’ investitur fl-Artikolu 1 tal-ftehim previst, li jipprevedu n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-mekkaniżmu ġenerali ta’ dan l-Artikolu 26 bejn l-Istati Membri?


Top