Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0628

Kawża C-628/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2020 – Deutsche Lufthansa AG vs BA

ĠU C 72, 1.3.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2020 – Deutsche Lufthansa AG vs BA

(Kawża C-628/20)

(2021/C 72/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: BA

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


Top