Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0489

    Kawża C-489/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Ottubru 2020 – UB vs Kauno teritorinė muitinė

    ĠU C 433, 14.12.2020, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 433/34


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Ottubru 2020 – UB vs Kauno teritorinė muitinė

    (Kawża C-489/20)

    (2020/C 433/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UB

    Konvenut: Kauno teritorinė muitinė

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 124(1)(e) tar-Regolament (EU) Nru 952/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li dejn doganali jkun estint meta, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, merkanzija b’kuntrabandu hija ssekwestrata u sussegwentement ikkonfiskata wara li kienet diġà ġiet introdotta b’mod illegali (rilaxxata għal konsum) fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea?

    2)

    Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 2(b) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2) tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE kif ukoll l-Artikoli 2(1)(d) u 70 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligu ta’ ħlas tad-dazju tas-sisa u/jew tal-VAT ma jkunx estint meta, bħal fil-kawża prinċipali, merkanzija b’kuntrabandu hija ssekwestrata u sussegwentement ikkonfiskata wara li tkun diġà ġiet introdotta b’mod illegali (rilaxxata għal konsum) fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, anki jekk id-dejn doganali jiġi estint għar-raġuni prevista fl-Artikolu 124(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013?


    (1)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.

    (2)  ĠU 2009, L 9, p. 12.

    (3)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top