This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0467
Case C-467/20: Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Hamburg (Germany) lodged on 28 September 2020 — BC v Deutsche Lufthansa AG
Kawża C-467/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – BC vs Deutsche Lufthansa AG
Kawża C-467/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – BC vs Deutsche Lufthansa AG
ĠU C 433, 14.12.2020, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – BC vs Deutsche Lufthansa AG
(Kawża C-467/20)
(2020/C 433/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BC
Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91/2004 (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 3(5) tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjiriet konnessi, fejn żewġ titjiriet ikunu suġġetti għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport li jinsab barra mit-territorju ta’ Stat Membru (f’pajjiż terz) u b’destinazzjoni ta’ ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru bl-użu ta’ ajruport ta’ pajjiż terz ieħor, passiġġier li jġarrab dewmien fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar, dewmien ikkawżat mill-ewwel titjira, operata, skont ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jista’ jressaq l-azzjoni għall-kumpens tiegħu skont dan ir-regolament kontra t-trasportatur tal-ajru Komunitarju li miegħu ġie rriżervat it-traġitt fit-totalità tiegħu u li wettaq biss it-tieni parti ta’ dan it-traġitt?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.