This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0463
Case C-463/20: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (Belgium) lodged on 24 September 2020 — Namur-Est Environnement ASBL v Région wallonne
Kawża C-463/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2020 – Namur-Est Environnement ASBL vs Région wallonne
Kawża C-463/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2020 – Namur-Est Environnement ASBL vs Région wallonne
ĠU C 9, 11.1.2021, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2020 – Namur-Est Environnement ASBL vs Région wallonne
(Kawża C-463/20)
(2021/C 9/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Namur-Est Environnement ASBL
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
|
1) |
Deċiżjoni “li tawtorizza d-disturb tal-annimali u d-deterjorazzjoni taż-żoni ta’ habitat ta’ dawn l-ispeċi għall-operat ta’ barriera” u d-deċiżjoni li tawtorizza jew li tirrifjuta dan l-operat (permess uniku) jaqgħu taħt l-istess kunsens għall-iżvilupp (fis-sens tal-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1)) relatat mal-istess proġett (fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tal-istess direttiva) fil-każ li, minn naħa, dan l-operat ma jistax isir mingħajr l-ewwel awtorizzazzjoni u fejn, min-naħa l-oħra, l-awtorità inkarigata mill-ħruġ ta’ permessi uniċi żżomm il-possibbiltà ta’ stima iktar stretta tal-effetti ambjentali ta’ dan l-operat fir-rigward tal-parametri ddeterminati mill-awtur tal-ewwel deċiżjoni? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-rekwiżiti previsti minn din id-direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 5, 6, 7 u 8, huma osservati b’mod suffiċjenti meta sseħħ il-fażi tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni “li tawtorizza d-disturb tal-annimali u d-deterjorazzjoni taż-żoni ta’ habitat ta’ dawn l-ispeċi għall-operat ta’ barriera” iżda qabel dik tad-deċiżjoni ewlenija li tagħti d-dritt ta’ operat tal-barriera lill-iżviluppatur? |
(1) ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.