This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0435
Case C-435/20: Request for a preliminary ruling from the Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht (Germany) lodged on 16 September 2020 — C v Bundesrepublik Deutschland
Kawża C-435/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Settembru 2020 – C. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Kawża C-435/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Settembru 2020 – C. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
ĠU C 433, 14.12.2020, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Settembru 2020 – C. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-435/20)
(2020/C 433/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C.
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
1) |
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tista’ tiġi miċħuda bħala applikazzjoni sussegwenti inammissibbli, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) u mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva 2013/32/UE (1) jekk il-proċedura inizjali għall-ażil, li ġiet miċħuda, tkun tmexxiet fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni? |
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tista’ tiġi miċħuda bħala applikazzjoni sussegwenti inammissibbli, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) u mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva 2013/32/UE anki jekk il-proċedura inizjali għall-ażil, li ġiet miċħuda, ma tkunx tmexxiet fi Stat Membru tal-Unjoni iżda fl-Isvizzera? |
3. |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv: leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li applikazzjoni għal ażil tkun inammissibbli fil-każ ta’ applikazzjoni sussegwenti, u li ma tagħmel ebda distinzjoni bejn status ta’ refuġjat u status ta’ protezzjoni sussidjarja, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) tad-Direttiva 2013/32/UE? |
(1) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013 L 180, p. 60).