Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0394

    Kawża C-394/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2020 – XY vs Finanzamt V

    ĠU C 378, 9.11.2020, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 378/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2020 – XY vs Finanzamt V

    (Kawża C-394/20)

    (2020/C 378/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: XY

    Konvenut: Finanzamt V

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 63(1) u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru dwar l-impożizzjoni ta’ taxxa tas-suċċessjoni li tipprovdi li, għall-kalkolu tat-taxxa, l-allowance li għandha titnaqqas mill-bażi taxxabbli fil-każ ta’ akkwist ta’ art li tinsab f’dak l-Istat Membru tkun inqas meta l-persuna li mietet u l-eredi kellhom, fid-data tal-mewt, id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru ieħor mill-allowance li kienet tkun applikabbli kieku tal-inqas wieħed minnhom kellu, f’dik id-data, id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fl-ewwel Stat Membru?

    2)

    L-Artikoli 63(1) u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru dwar l-impożizzjoni ta’ taxxa tas-suċċessjoni li tipprovdi li, għall-kalkolu tat-taxxa, obbligi marbuta mal-porzjonijiet irriżervati fil-każ ta’ akkwist ta’ art li tinsab f’dan l-Istat Membru ma jitnaqqsux fil-każ li l-persuna li mietet u l-eredi kellhom, fid-data tal-mewt, id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru ieħor, filwaqt li dawn l-obbligi kienu jiġu kompletament imnaqqsa mill-bażi taxxabbli kieku tal-inqas wieħed minnhom kellu, fid-data tal-mewt, id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fl-ewwel Stat Membru?


    Top