Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0324

    Kawża C-324/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Finanzamt B vs X-Beteiligungsgesellschaft mbH

    ĠU C 313, 21.9.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Finanzamt B vs X-Beteiligungsgesellschaft mbH

    (Kawża C-324/20)

    (2020/C 313/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Finanzamt B

    Konvenuta: X-Beteiligungsgesellschaft mbH

    Domandi preliminari

    1)

    Huwa suffiċjenti li jkun hemm ftehim dwar ħlas bin-nifs sabiex jitqies li servizz ipprovdut f’okkażjoni waħda, u li ma huwiex għaldaqstant marbut ma’ perijodu speċifiku, jagħti lok għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont jew għal ħlasijiet suċċessivi, fis-sens tal-Artikolu 64(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

    2)

    Sussidjarjament, fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: għandu jitqies li hemm nuqqas ta’ pagament fis-sens tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, jekk, mal-provvista tas-servizz tagħha, il-persuna taxxabbli taqbel li din ser tkun irremunerata permezz ta’ ħames ħlasijiet annwali u li, fil-każ ta’ pagament sussegwenti, id-dritt nazzjonali jipprevedi rettifika li għandha bħala effett li tannulla t-tnaqqis preċedenti tal-valur taxxabbli taħt din id-dispożizzjoni?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top