Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0205

    Kawża C-205/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-8 ta’ Mejju 2020 – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-8 ta’ Mejju 2020 – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

    (Kawża C-205/20)

    (2020/C 348/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesverwaltungsgericht Steiermark

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: NE

    Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

    Parti oħra: Finanzpolizei Team 91

    Domandi preliminari

    1)

    Ir-rekwiżit ta’ sanzjonijiet proporzjonati, stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (1) u interpretat fid-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Diċembru 2019, Hartberg-Fürstenfeld (2) u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (3) jikkostitwixxi dispożizzjoni ta’ direttiva applikabbli direttament?

    2)

    Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

    L-interpretazzjoni tad-dritt tal-Istati Membri b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni tippermetti u teżiġi li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri jikkompletaw il-każijiet ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’din il-kawża permezz tal-kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-digrieti tad-19 ta’ Diċembru 2019, Hartberg-Fürstenfeld (C-645/18, ECLI:EU:C:2019:1108) u Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (C-140/19, C-141/19, C-492/19, C-493/19 u C-494/19, ECLI:EU:C:2019:1103), mingħajr ma jkunu ġew adottati dispożizzjonijiet ġodda fid-dritt nazzjonali?


    (1)  ĠU 2014, L 159, p. 11.

    (2)  C-645/18, ECLI:EU:C:2019:1108.

    (3)  C-140/19, C-141/19, C-492/19, C-493/19 u C-494/19, ECLI:EU:C:2019:1103.


    Top