EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0136

Kawża C-136/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miz-Zalaegerszegi Járásbíróság (l-Ungerija) fit-12 ta’ Marzu 2020 – Proċeduri kriminali kontra LU

ĠU C 215, 29.6.2020, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miz-Zalaegerszegi Járásbíróság (l-Ungerija) fit-12 ta’ Marzu 2020 – Proċeduri kriminali kontra LU

(Kawża C-136/20)

(2020/C 215/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Zalaegerszegi Járásbíróság

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

LU

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li, ladarba l-Istat Membru emittenti jkun ikklassifika l-aġir issanzjonat taħt waħda mill-klassifikazzjonijiet elenkati fil-lista prevista f’din id-dispożizzjoni, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma jkollux iktar marġni diskrezzjonali li permezz tiegħu huwa jkun jista’ jirrifjuta l-eżekuzzjoni u għandu għalhekk jipproċedi bl-eżekuzzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, l-awtorità tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni tista’ tqis li l-klassifikazzjoni tal-aġir li tkun saret mill-Istat Membru emittenti fid-deċiżjoni tiegħu ma tkunx tikkorrispondi għar-reat li jinsab fil-lista hawn fuq imsemmija?


(1)  ĠU 2006, L 159M, p. 256


Top