This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CJ0668
Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 7 April 2022.#Y GmbH v Hauptzollamt.#Request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof.#Reference for a preliminary ruling – Common Customs Tariff – Combined Nomenclature – Classification of goods – Headings 1302, 3301 and 3302 – Extracted vanilla oleoresin – Excise duties – Directive 92/83/EEC – Exemptions – Article 27(1)(e) – Definition of ‘flavour’ – Directive 92/12/EEC – Excise Committee of the European Commission – Powers.#Case C-668/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ April 2022.
Y GmbH vs Hauptzollamt.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesfinanzhof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Intestaturi 1302, 3301 u 3302 – Oleoreżina tal-vanilla estratta – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/83/KEE – Eżenzjonijiet – Artikolu 27(1)(e) – Kunċett ta’ ‘essenza aromatika’ – Direttiva 92/12/KEE – Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa tal-Kummissjoni Ewropea – Kompetenzi.
Kawża C-668/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ April 2022.
Y GmbH vs Hauptzollamt.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesfinanzhof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Intestaturi 1302, 3301 u 3302 – Oleoreżina tal-vanilla estratta – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/83/KEE – Eżenzjonijiet – Artikolu 27(1)(e) – Kunċett ta’ ‘essenza aromatika’ – Direttiva 92/12/KEE – Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa tal-Kummissjoni Ewropea – Kompetenzi.
Kawża C-668/20.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:270
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id‑Disa’ Awla)
7 ta’ April 2022 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Intestaturi 1302, 3301 u 3302 – Oleoreżina tal-vanilla estratta – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/83/KEE – Eżenzjonijiet – Artikolu 27(1)(e) – Kunċett ta’ ‘essenza aromatika’ – Direttiva 92/12/KEE – Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa tal-Kummissjoni Ewropea – Kompetenzi”
Fil-Kawża C‑668/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il‑Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑7 ta’ Lulju 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Diċembru 2020, fil-proċedura
Y GmbH
vs
Hauptzollamt,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id‑Disa’ Awla),
komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, C. Lycourgos (Relatur), President tar-Raba’ Awla, u L. S. Rossi, Imħallef,
Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,
Reġistratur: M. Krausenböck,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Y GmbH, minn H. Bleier, Rechtsanwalt, |
|
– |
għall-Hauptzollamt, minn B. Geyer, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, O. Serdula u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Perrin, M. Salyková u R. Pethke, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestaturi 13021905, 33019030 u 33021090 tan-Nomenklatura Magħquda inkluża fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1754 tas‑6 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 285, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 288, p. 16) (iktar ’il quddiem in-“NM”), kif ukoll tal-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad‑19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura bejn Y GmbH u l-Hauptzollamt (l-Uffiċċju Doganali Prinċipali, il-Ġermanja) dwar l-obbligu tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li tħallas dazji doganali u dazji tas-sisa relatati mal-importazzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta’ oleoreżina tal-vanilla. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3 |
Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti (iktar ’il quddiem is-“SA”), tfasslet mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), u ġiet stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali, konkluża fi Brussell fl‑14 ta’ Ġunju 1983. Din il-konvenzjoni internazzjonali ġiet approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal‑24 ta’ Ġunju 1986, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas‑7 ta’ April 1987 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). In-NM hija bbażata fuq is-SA. In-NM tadotta l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt ċifri tas-SA. Huma biss is-seba’ u t-tmien ċifra li jiffurmaw subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha. |
|
4 |
Il-punt A, bit-titolu “Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]”, tat-Titolu I, bit-titolu “Regoli ġenerali”, tal-ewwel parti tan-NM, li tinkludi dispożizzjonijiet preliminari, jipprovdi: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:
[…]” |
|
5 |
It-tieni parti tan-NM, bit-titolu “Skeda ta’ dazji tad-dwana”, tinkludi t-Taqsima II, bit-titolu “Prodotti veġetali”, li fiha jinsab b’mod partikolari l-Kapitolu 13 tan-NM, huwa stess bit-titolu “Gommalakka; gomom, rażi, u linef u estratti veġetali oħrajn”, it-Taqsima IV, bit-titolu “Preparazzjonijiet tal-ikel; xorb, spirti u ħall; tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk” li fiha jinsab b’mod partikolari l-Kapitolu 22 tan-NM, huwa stess bit-titolu “Xorb, spirti u ħall” u t-Taqsima VI, bit-titolu “Prodotti tal-industrija kimika jew dawk relatati magħha”, li fiha jinsab b’mod partikolari l-Kapitolu 33 tan-NM, huwa stess bit-titolu “Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta’ fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta”. |
|
6 |
Il-Kapitolu 13 tan-NM jinkludi l-intestaturi u s-subintestaturi segwenti: “[…]
[…]” |
|
7 |
In-Nota 1(ij) tal-Kapitolu 13 tan-NM tindika dan li ġej: “Titlu 1302 japplika, fost l-oħrajn, għal estratt ta’ għud is-sus u estratt ta’ pyrethrum, estratt tal-ħops, estratt ta’ sabbara (aloe) u ta’ loppju. It-titlu ma japplikax għal: […]
|
|
8 |
Il-Kapitolu 22 tan-NM jinkludi l-intestatura 2207, li hija fformulata kif ġej:
[…]” |
|
9 |
Il-Kapitolu 33 tan-NM jinkludi l-intestaturi u s-subintestaturi segwenti: “[…]
[…]” |
|
10 |
Skont in-Noti 1 u 2 tal-Kapitolu 33:
[…]” |
In‑Noti ta’ Spjega għan‑NM u n‑Noti ta’ Spjega tas‑SA
|
11 |
In-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2019, C 119, p. 1, iktar ’il quddiem in-“Noti ta’ Spjega għan-NM”) jipprovdu, fir-rigward tal-intestatura 1302: “L-estratti veġetali tal-intestatura 1302 huma l-materjali tal-ħaxix nejjin u grezzi miksuba, pereżempju, mill-estrazzjoni tas-[b’]solventi li ma jgħaddux minn proċessi jew modifiki kimiċi ulterjuri. Madankollu, l-addittivi inerti (pereżempju, l-aġenti antiagglomeranti) u l-ipproċessar relatat mal-istandardizzazzjoni, jew it-trattament fiżiku, bħal pereżempju t-tnixxif jew il-filtrazzjoni, huma permessi.” |
|
12 |
In-Noti ta’ Spjega ppubblikati mill-ODD (iktar ’il quddiem in-“Noti ta’ Spjega tas-SA”) jipprevedu, fir-rigward tal-intestatura 1302: “A) Linef u estratti veġetali. L-intestatura tinkludi l-linef (prodotti ta’ oriġini veġetali ġeneralment miksuba permezz ta’ essudazzjoni naturali jew inċiżjoni) u estratti (prodotti ta’ oriġini veġetali estratti minn materja veġetali oriġinali permezz ta’ solventi) veġetali, sakemm dawn ma jkunux imsemmija jew inklużi x’imkien ieħor f’intestaturi iktar speċifiċi tan-Nomenklatura (ara l-lista ta’ esklużjonijiet fl-aħħar tal-parti A ta’ din in-nota ta’ spejga). Dawn il-linef u estratti veġetali huma differenti miż-żjut essenzjali, mir-reżinojdi u mill-oleoreżini estratti tan-Nru 33.01 minħabba l-fatt li dawn jinkludu, minbarra kostitwenti li jfuħu volatili, proporzjon ħafna ikbar tal-kostitwenti l-oħra tal-pjanta (klorofilla, tannini, prinċipji morra, karboidrati u materja estrattiva oħra, pereżempju). Fost il-linef u l-estratti inklużi hawnhekk jistgħu jissemmew: […] 21) L-oleoreżina tal-vanilla, li xi drabi tissejjaħ b’mod żbaljat reżinojd tal-vanilla jew estratt tal-vanilla. Il-linef huma ġeneralment densi jew konkreti. L-estratti jistgħu jkunu fi stat likwidu, kremuż jew solidu. L-estratti f’soluzzjoni alkoħolika magħrufa bħala żebgħat jinkludu l-alkoħol użat għall-estrazzjoni tagħhom. L-estratti magħrufa bħala estratti fluwidi huma soluzzjonijiet ta’ estratti fl-alkoħol, fil-gliċerol, fiż-żejt minerali, pereżempju. Iż-żebgħat u l-estratti fluwidi huma ġeneralment titrati (pereżempju, l-estratt tal-piretru standardizzat permezz taż-żieda ta’ żejt minerali b’mod li jkollu, bil-għan tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, kontenut uniformi ta’ piretru ta’, pereżempju, 2 %, 20 % jew 25 %). L-estratti solidi jinkisbu permezz tal-evaporazzjoni tas-solvent. Xi drabi jiġu inkorporati f’uħud minn dawn l-estratti solidi sustanzi inerti jew sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu ridotti b’mod iktar faċli fi trab (dan huwa l-każ tal-estratt tal-belladona li miegħu tiżdied gomma arabika polverizzata), jew sabiex dawn jiġu standardizzati, jiġifieri jiġu titrati (huwa hekk li mal-loppju jiżdiedu kwantitajiet ta’ lamtu dożati konsegwentement sabiex jinkiseb loppju li fih proporzjonijiet speċifiċi ħafna ta’ morfina). Iż-żieda ta’ tali sustanzi għal finijiet simili ma għandhiex l-effett li tbiddel il-klassifikazzjoni ta’ dawn l-estratti solidi. Madankollu, l-estratti ma jistgħux ikunu suġġetti għal ċikli oħra ta’ estrazzjoni jew għal proċessi ta’ purifikazzjoni, bħall-purifikazzjoni kromatografika, li jwasslu għal żieda jew għal tnaqqis ta’ ċerti komposti jew kategoriji ta’ komposti b’mod li ma jistax jintlaħaq biss permezz tal-estrazzjoni inizjali tas-solventi. […] Il-linef u l-estratti veġetali ta’ din l-intestatura huma ġeneralment materja prima intiża għal diversi produzzjonijiet. Dawn ma humiex iktar inklużi hawnhekk hekk kif jiżdiedu magħhom prodotti oħra u dawn jiġu ttrasformati, b’tali mod, fi preparazzjonijiet tal-ikel, mediċinali jew oħrajn. Dawn huma wkoll esklużi minn din l-intestatura meta dawn ikunu raffinati jew purifikati ħafna, b’mod partikolari permezz ta’ purifikazzjoni kromatografika jew permezz ta’ ultrafiltrazzjoni, jew inkella meta dawn ikunu ġew suġġetti għal ċikli ta’ estrazzjoni oħra (pereżempju estrazzjoni likwidu‑likwidu) wara l-fażi ta’ estrazzjoni inizjali. […] Huma esklużi minn din l-intestatura ż-żjut essenzjali, ir-reżinojdi u l-oleoreżini estratti (Nru 33.01). […] L-oleoreżini estratti huma differenti mill-estratti li jaqgħu taħt din l-intestatura minħabba l-fatt li (1) dawn jinkisbu minn materja veġetali naturali ċellulari mhux ipproċessata (ħwawar jew pjanti aromatiċi l-iktar frekwenti) permezz ta’ estrazzjoni bl-għajnuna ta’ solventi organiċi jew ta’ fluwidi superkritiċi u (2) dawn jinkludu prinċipji li jfuħu volatili kif ukoll prinċipji aromatizzanti mhux volatili li jiddefinixxu r-riħa jew it-togħma karatteristika tal-ħwawar jew tal-pjanta aromatika. Din l-intestatura lanqas ma tinkludi l-prodotti veġetali segwenti, ikklassifikati taħt titoli iktar speċifiċi tan-Nomenklatura: a) Il-gomom, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini naturali (Nru 13.01). […]” |
|
13 |
Fir-rigward tal-Kapitolu 33, in-Noti ta’ Spjega tas-SA jipprovdu: “1. Dan il-kapitolu ma jinkludix:
[…] 2. Għall-finijiet tan-Nru 33.02, l-espressjoni sustanzi li jfuħu tkopri biss is-sustanzi tan-Nru 33.01, l-ingredjenti li jfuħu estratti minn dawn is-sustanzi u l-prodotti aromatiċi sintetiċi. […] Iż-żjut essenzjali u l-oleoreżini estratti tan-Nru 33.01 jinkisbu kollha permezz ta’ estrazzjoni minn materja veġetali. […]” |
|
14 |
Fir-rigward tal-intestatura 3301, in-Noti ta’ Spjega tas-SA jindikaw: “[…] L-oleoreżini estratti, magħrufa wkoll fil-kummerċ bħala ‘oleoreżini ppreparati’ jew ‘oleoreżini ta’ ħwawar’, huma prodotti miksuba minn materja veġetali naturali mhux ipproċessata ċellulari (ħwawar jew pjanti aromatiċi, normalment), permezz ta’ estrazzjoni bl-għajnuna ta’ solventi organiċi jew ta’ fluwidi superkritiċi. Dawn l-estratti jinkludu prinċipji li jfuħu volatili (żjut essenzjali, pereżempju) u prinċipji aromatizzanti mhux volatili (rażi, żjut xaħmin, kostitwenti punġenti) li jiddefinixxu r-riħa jew it-togħma tal-ħwawar jew tal-pjanta aromatika. Il-kontenut ta’ żjut essenzjali ta’ dawn oleoreżini estratti jvarja kunsiderevolment skont il-ħwawar jew il-pjanta aromatika li minnhom dawn joriġinaw. Dawn il-prodotti jintużaw prinċipalment bħala aġenti aromatizzanti fl-industrija tal-ikel. L-intestatura teskludi: a) L-oleoreżini naturali (Nru 13.01). b) L-estratti veġetali, mhux imsemmija jew inklużi x’imkien ieħor (l-oleoreżini estratti f’fażi milwiema, pereżempju), li jinkludu ingredjenti volatili u, normalment (indipendentement mis-sustanzi li jfuħu), proporzjon ħafna ikbar ta’ kostitwenti oħra tal-pjanta (Nru 13.02). […] Iż-żjut essenzjali, ir-reżinojdi u l-oleoreżini estratti xi drabi jinkludu kwantitajiet żgħar ta’ solventi li joriġinaw mill-estrazzjoni tagħhom (tal-alkoħol etiliku pereżempju) fatt li ma jaffettwax il-klassifikazzjoni tagħhom. Iż-żjut essenzjali, ir-reżinojdi u l-oleoreżini estratti li sempliċement ġew standardizzati permezz tat-tneħħija jew taż-żieda ta’ parti mill-ingredjenti prinċipali jibqgħu kklassifikati taħt din l-intestatura bil-kundizzjoni li l-kompożizzjoni tal-prodott hekk standardizzat tibqa’ fil-limiti normali ta’ dan it-tip ta’ prodott fl-istat naturali. Madankollu, huma esklużi ż-żjut essenzjali, ir-reżinojdi jew l-oleoreżini estratti li ġew maqsuma jew immodifikati b’mod ieħor (bl-eċċezzjoni tat-tneħħija tal-idrokarburi terpeniċi), b’mod li l-kompożizzjoni tal-prodott riżultanti hija sostanzjalment differenti minn dik tal-prodott oriġinali (ġeneralment Nru 33.02). Barra minn hekk, huma esklużi mill-intestatura l-prodotti ppreżentati b’dilwenti jew b’mezzi miżjuda bħal żjut veġetali, destrożju jew lamtu (ġeneralment, Nru 33.02). Lista tar-reżinojdi, taż-żjut essenzjali u tal-oleoreżini estratti prinċipali tinsab fl-Anness tan-Noti ta’ Spjega ta’ dan il-kapitolu. […] Minbarra l-esklużjonijiet previsti iktar ’il fuq, huma esklużi minn din l-intestatura: a) L-oleoreżina tal-vanilla, li xi drabi tissejjaħ b’mod żbaljat reżinojd tal-vanilla jew estratt tal-vanilla (Nru 13.02). […]” |
|
15 |
Fir-rigward tal-intestatura 3302, in-Noti ta’ Spjega tas-SA jipprovdu: “Din l-intestatura tkopri, bil-kundizzjoni li dawn ikollhom in-natura ta’ materja prima fl-industriji tal-fwejjaħ, fil-produzzjonijiet tal-ikel (pastiċċeriji, ħelu, aromatizzazzjoni tax-xarbiet, pereżempju) jew f’industriji oħra, b’mod partikolari dik tas-sapun: […] 3) It-taħlitiet ta’ oleoreżini estratti bejniethom. […] 6) It-taħlitiet ta’ sustanza li tfuħ jew ta’ diversi sustanzi li jfuħu (żjut essenzjali, reżinojdi, oleoreżini estratti jew sustanzi li jfuħu artifiċjali) flimkien ma’ dilwenti jew mezzi miżjuda bħal żejt veġetali, destrożju jew lamtu. 7) It-taħlitiet anki kkombinati ma’ dilwent jew ma’ mezz jew li jinkludu l-alkoħol, ta’ prodotti ta’ Kapitoli oħra (ħwawar pereżempju) ma’ sustanza li tfuħ jew ma’ diversi sustanzi li jfuħu (żjut essenzjali, reżinojdi, oleoreżini estratti jew sustanzi li jfuħu artifiċjali), bil-kundizzjoni li dawn is-sustanzi jikkostitwixxu l-element jew l-elementi bażiċi ta’ dawn it-taħliet. Il-prodotti miksuba permezz ta’ estrazzjoni ta’ ingredjent jew ta’ diversi ingredjenti taż-żjut essenzjali, tar-reżinojdi jew tal-oleoreżini estratti b’mod li l-kompożizzjoni tal-prodott riżultanti hija sostanzjalment differenti minn dik tal-prodott oriġinali, huma wkoll taħlitiet ta’ din l-intestatura. […]” |
Id‑Direttiva 92/83
|
16 |
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 92/83 jipprovdi: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva l-“alkoħol etiliku” jkopri:
|
|
17 |
L-Artikolu 27 tad-Direttiva 92/83, li jinsab fit-Taqsima VII tagħha, bit-titolu “Eżenzjonijiet”, huwa fformulat kif ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti koperti b’din id-Direttiva mis-sisa armonizzata taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jistipulaw għall-iskop li tkun assigurata l-aplikazzjoni korretta u ħafifa ta’ dawn l-eżenzjonijiet u li tkun ipprevenuta xi evażjoni, ħelsien jew abbuż: […]
[…]” |
Id‑Direttiva 92/12
|
18 |
L-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal‑25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179, rettifika fil-ĠU 2015, L 210, p. 39), kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 tal‑14 ta’ April 2003 (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 92/12” kien jipprovdi: “1. Il-Kummissjoni [Ewropea] għandha tkun assistita minn kumitat imsejjaħ il-‘Kumitat tad-Dazji tas-Sisa’. 2. Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu applikati l-Artikoli, 5, 7, 15b, 18, 19 u 23 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paagrafu 3. […] 4. B’żieda mal-miżuri riferiti fil-paragrafu 2, il-Kumitat għandu jeżamina l-materji mqajma mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjativa tiegħu nnifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru, li jirrigwardaw l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet Komunitarji dwar id-dazji tas-sisa. 5. Il-kumitat għandu jadota r-regoli tiegħu ta’ proċedura.” |
Id‑Direttiva 2008/118/KE
|
19 |
L-Artikolu 43(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas‑16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, jipprevedi: “Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat imsejjaħ “Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa.” |
|
20 |
L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2008/118 jipprevedi: “Il-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa għandu, minbarra l-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 43, jeżamina l-kwistjonijiet li tqajmu mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru, rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar id-dazju tas-sisa.” |
Il‑Linji gwida Nru 458 tal‑Kumitat dwar id‑Dazju tas‑Sisa tal‑Kummissjoni, tad‑19 ta’ Novembru 2003
|
21 |
Mil-Linji gwida Nru 458 tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa tal-Kummissjoni, tad‑19 ta’ Novembru 2003 jirriżulta b’mod partikolari li “[i]d-delegazzjonijiet jaċċettaw kważi b’mod unanimu li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva [92/83] tapplika sa mill-produzzjoni jew mill-importazzjoni tal-essenzi aromatiċi tal-Kodiċijiet NM 1302 1930, 2106 9020 u 3302, hekk kif fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta’ [dawn] il-linj[i] gwida”. |
Id‑dritt Ġermaniż
|
22 |
L‑Artikolu 130 tal-Gesetz über das Branntweinmonopol (Branntweinmonopolgesetz – BranntwMonG) (il-Liġi dwar il-Monopolju tal-Ispirti), tat‑8 ta’ April 1922 (RGBl. 1922 I, p. 335), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“BranntwMonG”), jipprovdi: “(1) L-ispirti u l-merkanzija li fiha l-ispirtu (prodotti) huma suġġetti, fit-territorju fiskali, għad-dazju tas-sisa fuq l-ispirti […] (4) Il-merkanzija li fiha l-ispirtu, fis-sens tal-paragrafu 1, tfisser prodotti alkoħoliċi minbarra dawk tal-Kapitolu 22 tan-[NM], immanifatturati bl-użu ta’ spirtu jew li fihom l-ispirtu, u li l-qawwa alkoħolika tagħhom teċċedi l-1.2 % vol għall-prodotti likwidi, u l-1 % mas għall-prodotti mhux likwidi. […]” |
|
23 |
Skont il-punt 5 tal-Artikolu 152(1), tal-BranntwMonG, fis-seħħ sal‑31 ta’ Diċembru 2017, li ttraspona fid-dritt Ġermaniż l-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83: “Il-prodotti għandhom ikunu eżentati meta dawn jintużaw għal finijiet kummerċjali […] 5. mingħajr ma jiġu żnaturati, għall-manifattura ta’ essenzi aromatiċi għall-finijiet tal-aromatizzazzjoni ta’ a) xorb b’qawwa alkoħolika volumetrika li ma teċċedix il‑1.2 % vol, b) prodotti tal-ikel oħra, bl-eċċezzjoni ta’ spirti u ta’ xorb alkoħoliku ieħor […]” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
24 |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali importat fil-Ġermanja merkanzija kannella, dehbija u likwida, b’riħa qawwija ta’ vanilla, komposta minn madwar 85 % etanol, 10 % ilma, 4.8 % residwu niexef u b’kontenut medju ta’ vanillin ta’ 0.5 % (iktar ’il quddiem il-“merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali”). Sabiex tinkseb tali merkanzija, prodott intermedju huwa l-ewwel estratt mill-miżwed tal-vanilla permezz tal-etanol (iktar ’il quddiem il-“prodott intermedju”). Dan il-prodott intermedju, kannella skur, b’riħa qawwija u kremuż, huwa sussegwentement dilwit bl-alkoħol u bl-ilma sabiex tinkseb il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
25 |
Fl‑10 ta’ Frar 2016, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ddikjarat din il-merkanzija taħt is-subintestatura 33021090 tan-NM għall-finijiet tar-rilaxx tagħha għal ċirkulazzjoni libera. |
|
26 |
Fil‑25 ta’ April 2016, il-Hauptzollamt (l-Uffiċċju Doganali Prinċipali) kompetenti qies li l-imsemmija merkanzija kellha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 13021905 tan-NM u, għaldaqstant, li din kienet suġġetta wkoll għad-dazju tas-sisa fuq l-ispirtu skont id-dritt Ġermaniż. Konsegwentement, huwa rkupra dazji doganali u dazji tas-sisa. |
|
27 |
Il-Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi, il-Ġermanja) li għandha ġurisdizzjoni kkonfermat li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet taqa’ taħt is-subintestatura 13021905 tan-NM u, għaldaqstant, li l-impożizzjoni ta’ dazji doganali u ta’ dazji tas-sisa kienet legali. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat appell għal “Reviżjoni” mis-sentenza tal-Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi) quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), billi kienet tqis li din il-merkanzija kellha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 33021090 tan-NM. |
|
28 |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lis-subintestaturi 13021905, 33019030 u 33021090 tan-NM kif ukoll lill-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83. |
|
29 |
Fl-ewwel lok, din il-qorti tikkonstata, l-ewwel, li l-intestatura 1302 tan-NM tinkludi l-linef u l-estratti veġetali sakemm, skont in-Noti ta’ Spjega tas-SA, dawn ma jkunux imsemmija jew inklużi f’intestaturi iktar speċifiċi. Dejjem skont dawn in-noti ta’ spjega, il-linef u l-estratti veġetali huma differenti, b’mod partikolari, mill-oleoreżini, minħabba l-fatt li dawn jinkludu, minbarra kostitwenti li jfuħu volatili, perċentwali ħafna għola ta’ sustanzi veġetali. |
|
30 |
F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tirrileva li l-prodott intermedju, estratt mill-miżwed tal-vanilla permezz ta’ solvent, jista’ jkollu jitqies bħala estratt veġetali. Madankollu, peress li dan il-prodott intermedju huwa, sussegwentement, dilwit fi kwantità kunsiderevoli ta’ ilma u ta’ alkoħol, l-istess qorti tiddubita jekk il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ għadha titqies bħala estratt veġetali, fis-sens tal-intestatura 1302 tan-NM. |
|
31 |
Il-qorti tar-rinviju tenfasizza, b’mod partikolari, li, skont in-Noti ta’ Spjega tas-SA, l-estratti veġetali ma humiex iktar inklużi taħt l-intestatura 1302 meta dawn ikunu żdiedu ma’ prodotti oħra u ttrasformati, b’dan il-mod, f’preparazzjonijiet tal-ikel u li, anki jekk, skont in-Noti ta’ Spjega għan-NM, fir-rigward tal-intestatura 1302, trasformazzjoni marbuta mal-istandardizzazzjoni ma tipprekludix li l-prodott jiġi kklassifikat taħt din l-intestatura, ma huwiex ċert li dilwizzjoni daqshekk sinjifikattiva bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ għadha titqies bħala standardizzazzjoni, anki meta din id-dilwizzjoni sservi sabiex jiġi stabbilit, hekk kif tikkonferma r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-kontenut ta’ vanillin għal 0.5 %. |
|
32 |
It-tieni, din il-qorti tirrileva li l-oleoreżini estratti huma espressament koperti mill-intestatura 3301 tan-NM u li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludi l-ingredjenti oġġettivi li huma msemmija fin-Noti ta’ Spjega tas-SA b’mod li jista’ jitwassal sabiex din il-merkanzija tiġi kklassifikata taħt tali intestatura. Barra minn hekk, in-Nota 1(ij) tal-Kapitolu 13 tan-NM teskludi l-oleoreżini estratti kollha minn dan il-kapitolu u, konsegwentement, anki mill-intestatura 1302 tan-NM. |
|
33 |
Madankollu, l-imsemmija qorti tirrileva wkoll li n-Nota 1(a) tal-Kapitolu 33 tan-NM tippreċiża għall-kuntrarju li l-estratti veġetali tal-intestatura 1302 huma esklużi minn dan il-kapitolu u, għaldaqstant, mill-intestatura 3301 tan-NM. |
|
34 |
It-tielet, l-istess qorti tistaqsi dwar id-distinzjoni bejn l-intestatura 3301 u l-intestatura 3302 tan-NM. Fid-dawl tan-Noti ta’ Spjega tas-SA, hija tqis li l-intestatura 3302 ma tinkludix biss it-taħlitiet ta’ diversi oleoreżini estratti, iżda tinkludi wkoll it-taħlitiet ta’ sustanza li tfuħ jew ta’ diversi sustanzi li jfuħu ma’ dilwenti b’tali mod li din l-intestatura tista’ wkoll tiġi prevista għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn, f’dan il-każ, l-oleoreżina tal-vanilla, li hija bbażata fuq sustanza li tfuħ, ġiet dilwita permezz taż-żieda tal-alkoħol u tal-ilma. |
|
35 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, peress li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali fiha l-ispirtu, din hija, bħala prinċipju, suġġetta għad-dazju tas-sisa previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 130(1) u fl-Artikolu 130(4), tal-BranntwMonG. Madankollu, għandu jiġi ddeterminat ukoll jekk din il-merkanzija tistax tibbenefika mill-eżenzjoni prevista fil-punt 5 tal-ex Artikolu 152(1) tal-BranntwMonG, fejn ir-risposta għal din id-domanda teħtieġ li jiġi interpretat l-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83, li din id-dispożizzjoni nazzjonali ttrasponiet, u, b’mod iktar preċiż, li jiġi ddeterminat dak li għandu jinftiehem b’“essenza aromatika” fis-sens ta’ dan l-Artikolu 27(1)(e). |
|
36 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa tal-Kummissjoni, fil-Linji Gwida Nru 458 tiegħu, tad‑19 ta’ Novembru 2003, qies li tali eżenzjoni kienet tapplika sa mill-produzzjoni jew mill-importazzjoni tal-essenzi aromatiċi li jaqgħu taħt is-subintestaturi 13021930, 21069020 u 3302 tan-NM, hekk kif kienu fis-seħħ f’dik id-data. |
|
37 |
Skont din il-qorti, dawn il-linji gwida jipprekludu li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun tista’ tiġi eżentata mid-dazju tas-sisa fuq l-ispirtu, jekk din kellha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 13021905 jew l-intestatura 3301 tan-NM. Għall-kuntrarju, din il-merkanzija tibbenefika minn din l-eżenzjoni jekk din kienet kklassifikata taħt l-intestatura 3302 tan-NM, minkejja li l-prodotti li jaqgħu taħt din l-intestatura jista’ jkun fihom iktar alkoħol minn dawk li jaqgħu taħt l-intestatura 3301 tagħha. |
|
38 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu dwar il-possibbiltà għall-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa tal-Kummissjoni li jillimita b’dan il-mod il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83. Fil-fatt, hija tqis li l-kompetenzi mogħtija lil dan il-kumitat ma jawtorizzawx lil dan tal-aħħar jirrestrinġi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
39 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ewwel sat‑tielet domanda
|
40 |
Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li merkanzija komposta minn madwar 85 % etanol, 10 % ilma, 4.8 % residwu niexef, li l-kontenut medju ta’ vanillin tagħha huwa ta’ 0.5 % u li tinkiseb permezz tad-dilwizzjoni fl-ilma u fl-etanol ta’ prodott intermedju, li huwa stess huwa estratt minn imżiewed tal-vanilla permezz tal-etanol, taqa’ taħt is-subintestatura 1302 1905, is-subintestatura 3301 9030 jew is-subintestatura 3302 1090 ta’ din in-nomenklatura. |
|
41 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, l-ewwel, l-intestatura 1302 tan-NM, li tinsab fil-Kapitolu 13 ta’ din in-nomenklatura, tkopri b’mod partikolari l-estratti veġetali, filwaqt li s-subintestatura 1302 1905 tan-NM issemmi, b’mod iktar speċifiku, l-oleoreżina tal-vanilla. |
|
42 |
It-tieni, l-intestatura 3301 tan-NM, li tinsab fil-Kapitolu 33 ta’ din in-nomenklatura, tkopri b’mod partikolari l-oleoreżini estratti, filwaqt li s-subintestatura 3301 9030 tan-NM tkopri, b’mod iktar partikolari, l-oleoreżini estratti minbarra ta’ għud is-sus u ta’ ħops. |
|
43 |
It-tielet, l-intestatura 3302 tan-NM, ukoll integrata fi ħdan dan il-Kapitolu 33, tkopri, b’mod partikolari, it-taħlitiet ta’ sustanzi li jfuħu u t-taħlitiet, inklużi s-soluzzjonijiet alkoħoliċi, b’bażi ta’ waħda jew iktar minn dawn is-sustanzi, tat-tipi użati bħala materja prima fl-industirja. Is-subintestatura 3302 1090 tan-NM tkopri b’mod partikolari tali taħlitiet meta dawn ikunu ta’ natura li jintużaw fl-industriji tal-ikel. |
|
44 |
Ir-raba’, għandu jitfakkar li, skont ir-Regola ġenerali 1 tan-NM, il-klassifikazzjoni tariffarja hija ddeterminata bħala prinċipju skont it-test tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli. |
|
45 |
Fid-dawl ta’ dawn il-konstatazzjonijiet preliminari, għandu, fl-ewwel lok, jiġi rrilevat, minn naħa, li, konformement mal-punt (ij) tat-tieni paragrafu tan-Nota 1 tal-Kapitolu13 tan-NM, l-“oleoreżini estratti” imsemmija fl-intestatura 3301 tan-NM huma esklużi mill-intestatura 1302 ta’ din in-nomenklatura u, min-naħa l-oħra, li, skont in-Nota 1(a) tal-Kapitolu 33 tan-NM, l-“estratti veġetali” li jaqgħu taħt l-intestatura 1302 tan-NM huma esklużi minn dan il-Kapitolu 33. |
|
46 |
Għaldaqstant, sabiex, bis-saħħa tal-esklużjoni prevista fil-punt (ij) tat-tieni paragrafu tan-Nota 1 tal-Kapitolu 13 tan-NM, il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tkunx tista’ tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 1302 1905 tan-NM, li, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, tkopri l-oleoreżina tal-vanilla, iżda għandha titqies bħala oleoreżina estratta, fis-sens tal-intestatura 3301 tan-NM jew bħala taħlita ta’ sustanzi li jfuħu jew b’bażi ta’ waħda minn dawn is-sustanzi, fis-sens tal-intestatura 3302 tan-NM, jeħtieġ, fi kwalunkwe każ, li din il-merkanzija ma tkunx estratt veġetali, fis-sens tal-intestatura 1302 tan-NM. |
|
47 |
Issa, dan ma huwiex il-każ. Fil-fatt, l-imsemmija merkanzija tidher li għandha titqies bħala estratt veġetali, fis-sens tal-intestatura 1302 tan-NM u, b’mod iktar partikolari, bħala oleoreżina tal-vanilla, fis-sens tas-subintestatura 1302 1905 tagħha. |
|
48 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li n-Noti ta’ Spjega tas-SA jippreċiżaw li l-intestatura 1302 tagħha tkopri biss l-estratti veġetali mhux imsemmija jew inklużi xi mkien ieħor ma jippermettix li jiġi eskluż, waħdu, li merkanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies bħala estratt veġetali, fis-sens tal-intestatura 1302 tan-NM, minħabba li din il-merkanzija tista’ taqa’ taħt intestaturi iktar speċifiċi, u b’mod iktar partikolari taħt l-intestaturi 3301 u 3302 tan-NM. |
|
49 |
Fil-fatt, bl-ebda mod ma jirriżulta mill-intestatura 1302 tan-NM, u lanqas min-noti marbuta magħha, li din l-intestatura għandha titqies bħala li hija intestatura sussidjarja, għall-kuntrarju ta’ wħud mill-intestaturi tan-NM li espressament isemmu tali karatteristika. Issa, in-Noti ta’ Spjega tas-SA ma humiex vinkolanti u għaldaqstant ma jistgħux jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet tan-NM u lanqas jemendaw il-kontenut tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Marzu 2016, Customs Support Holland, C‑144/15, EU:C:2016:133, punti 28 u 47). |
|
50 |
Fi kwalunkwe każ, min-Noti ta’ Spjega tas-SA jirriżulta li, fir-rigward tal-intestatura 1302 tagħha, l-intestaturi iktar speċifiċi li għalihom isir riferiment huma dawk imsemmija fl-aħħar tal-punt A tan-nota kkonċernata. Issa, il-lista tal-prodotti li tinsab hemmhekk ma ssemmix il-prodotti riprodotti fl-intestaturi 3301 jew 3302 tas-SA. |
|
51 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li, l-ewwel, għalkemm kien estratt minn imżiewed tal-vanilla permezz tal-etanol, il-prodott intermedju, imsemmi fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, jista’ jiġi kklassifikat bħala oleoreżina tal-vanilla, fis-sens tal-intestatura 1302 1905 tan-NM. |
|
52 |
Fil-fatt, l-ewwel paragrafu tan-Nota 1 tal-Kapitolu 13 tan-NM jipprevedi espressament li l-“estratt ta’ pyrethrum” jaqa’ taħt l-intestatura 1302 tan-NM. Issa, skont in-Noti ta’ Spjega tas-SA, dan l-estratt jinkiseb “permezz ta’ estrazzjoni bl-użu ta’ solvent organiku”, bħall-prodott intermedju msemmi fil-punt 24 ta’ din is-sentenza. |
|
53 |
Barra minn hekk, l-intestatura 1301 tan-NM tirrigwarda, b’mod partikolari, l-oleoreżini naturali. B’kuntrast, l-oleoreżina tal-vanilla, fis-sens tas-subintestatura 13021905 tan-NM, għandha għalhekk titqies bħala estratt veġetali miksub mhux b’mod “naturali”, iżda permezz ta’ proċess ta’ estrazzjoni teknoloġiku, b’mod partikolari bl-għajnuna ta’ solvent. |
|
54 |
Tali interpretazzjoni hija wkoll ikkonfermata min-Noti ta’ Spjega għan-NM, fir-rigward tal-intestatura 1302, li jippreċiżaw li “l-“estratti veġetali tal-intestatura 1302 huma l-materjali tal-ħaxix nejjin u grezzi miksuba, pereżempju, mill-estrazzjoni tas-[b’]solventi”. |
|
55 |
It-tieni, huwa ċertament minnu li, hekk kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, sabiex tinkiseb il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan il-prodott intermedju huwa dilwit ħafna bl-etanol u bl-ilma. Madankollu, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li, hekk kif jindikaw in-Noti ta’ Spjega għan-NM fir-rigward tal-intestatura 1302, estratt veġetali jkompli jaqa’ taħt din l-intestatura, anki jekk dan jissubixxi operazzjoni ta’ trasformazzjoni marbuta mal-istandardizzazzjoni tiegħu. |
|
56 |
Bl-istess mod, in-Noti ta’ Spjega tas-SA jippreċiżaw, fir-rigward tal-intestatura 1302, li jaqgħu wkoll taħt din l-intestatura l-“estratti fluwidi”, jiġifieri “soluzzjonijiet ta’ estratti [veġetali] fl-alkoħol […] ġeneralment titrati”, b’mod li jkollhom, waqt il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, kontenut uniformi ta’ estratt veġetali fil-prodott. |
|
57 |
Barra minn hekk, la d-dispożizzjonijiet tan-NM jew tas-SA u lanqas in-Noti ta’ Spjega tagħhom ma jistabbilixxu limitu massimu f’dak li jirrigwarda l-kwantitajiet ta’ prodotti oħra li jistgħu jintużaw sabiex jiġi standardizzat l-estratt veġetali kkonċernat. |
|
58 |
Minn dan isegwi li, meta d-dilwizzjoni ta’ estratt veġetali tkun intiża sabiex tiġi żgurata l-istandardizzazzjoni tiegħu, din ma tipprekludix li l-estratt veġetali hekk dilwit ikompli jaqa’ taħt l-intestatura 1302 tan-NM. |
|
59 |
Issa, f’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, skont l-importatur tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dilwizzjoni tal-prodott intermedju bl-alkoħol u bl-ilma sservi preċiżament sabiex jiġi stabbilit, f’din il-merkanzija, il-kontenut ta’ vanillin għal 0.5 % u, għaldaqstant, sabiex din tiġi standardizzata. |
|
60 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li n-Noti ta’ Spjega tas-SA jindikaw, fir-rigward tal-intestaturi 1302 u 3301 tas-SA, li l-estratti veġetali li jaqgħu taħt l-intestatura 1302 tagħha huma distinti mill-oleoreżini estratti, fis-sens tal-intestatura 3301 tagħha, inkwantu dawn fihom normalment, minbarra kostitwenti li jfuħu volatili, proporzjon ħafna ikbar tal-kostitwenti l-oħra tal-pjanta mill-oleoreżini estratti previsti fl-intestatura 3301 tas-SA. |
|
61 |
Dan jidher li huwa l-każ tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-proporzjon ta’ residwi niexfa tal-miżwed tal-vanilla huwa, skont l-indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju, disa’ darbiet iktar mill-proporzjon ta’ vanillin. |
|
62 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija, komposta minn madwar 85 % etanol, 10 % ilma, 4.8 % residwu niexef, li l-kontenut medju ta’ vanillin tagħha huwa ta’ 0.5 % u li tinkiseb permezz tad-dilwizzjoni, għal finijiet ta’ standardizzazzjoni, fl-ilma u fl-etanol ta’ prodott intermedju, li huwa stess huwa estratt minn imżiewed tal-vanilla permezz tal-etanol, taqa’ taħt is-subintestatura 1302 1905 ta’ din in-nomenklatura. |
Fuq ir‑raba’ domanda
|
63 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il‑qorti tar‑rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l‑Artikolu 27(1)(e) tad‑Direttiva 92/83, għandux jiġi interpretat fis‑sens li oleoreżina tal-vanilla li taqa’ taħt is-subintestatura 1302 1905 tan-NM għandha titqies bħala “essenza aromatika” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
64 |
L-Artikolu 27 tad-Direttiva 92/83 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti koperti minn din id-direttiva mid-dazju tas-sisa stabbilit minnha b’mod partikolari meta dawn il-prodotti jintużaw għall-produzzjoni ta’ essenzi aromatiċi intiżi għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel u ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il‑1.2 % vol. |
|
65 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mill-formulazzjoni stess ta’ dan l-Artikolu 27 jirriżulta li biss il-prodotti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/83 jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni taħt l-imsemmi Artikolu 27. Għall-kuntrarju, ma huwiex rilevanti li dawn il-prodotti jagħmlu parti minn merkanzija li, bħala tali, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑12 ta’ Ġunju 2008, Gourmet Classic, C‑458/06, EU:C:2008:338, punti 35 sa 37, u tad‑9 ta’ Diċembru 2010, Repertoire Culinaire, C‑163/09, EU:C:2010:752, punt 26). |
|
66 |
Issa, fost l-ingredjenti tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali, biss l-etanol jidher li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/83, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-intestatura 2207 tan-NM. Minn dan isegwi li dan l-ingredjent biss jista’ jkun suġġett għal eżenzjoni skont l-Artikolu 27 tal-imsemmija direttiva, bil-kundizzjoni li jintuża għall-produzzjoni ta’ essenzi aromatiċi intiżi għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel u ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il‑1.2 % vol. |
|
67 |
B’dan ippreċiżat, għandu jiġi enfasizzat li peress li l-kunċett ta’ “essenza aromatika” ma huwiex iddefinit la fid-Direttiva 92/83 u lanqas fin-NM, it-tifsira u l-portata tiegħu għandhom jiġu stabbiliti skont is-sens abitwali ta’ dan il-kunċett fil-lingwaġġ kurrenti, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih dan jintuża u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li dan jifforma parti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2014, Deckmyn u Vrijheidsfonds, C‑201/13, EU:C:2014:2132, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
68 |
Issa, fis-sens komuni tiegħu, il-kunċett ta’ “essenza aromatika” jirreferi għal ingredjent li jipprovdi togħma jew riħa speċifiċi lil prodott speċifiku. Tali interpretazzjoni ma hijiex, barra minn hekk, ikkontradixxuta mis-sens ġenerali jew mill-għanijiet tad-Direttiva 92/83. |
|
69 |
Minn dan isegwi li, sakemm tissodisfa tali definizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, oleoreżina tal-vanilla għandha titqies bħala “essenza aromatika”, fis-sens tal-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva, u li ebda dazju tas-sisa ma jista’ jinġabar fuq l-etanol li din tinkludi meta tali essenza aromatika tkun intiża għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel jew ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il‑1.2 % vol. |
|
70 |
Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mil-Linji gwida adottati mill-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa tal-Kummissjoni, imsemmija mill-qorti tar-rinviju. |
|
71 |
Fil-fatt, anki jekk jitqies li dawn il-linji gwida riedu jeskludu l-oleoreżini tal-vanilla mill-kunċett ta’ “essenza aromatika”, fis-sens tal-Artikolu 27 tad-Direttiva 92/83, xorta jibqa’ l-fatt li l-kompetenzi ta’ dan il-kumitat, hekk kif kienu stabbiliti, fid-data li fiha tali linji gwida ġew adottati, fl-Artikolu 24(2) u (4) tad-Direttiva 92/12, kienu limitati għall-adozzjoni tal-miżuri dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mad-dazju tas-sisa, mingħajr ma jippermettu lill-imsemmi kumitat jemenda dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas, għaldaqstant, jawtorizzawh jirrestrinġi l-portata tal-kunċett ta’ “essenza aromatika”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 27. |
|
72 |
Barra minn hekk, il-kompetenzi tal-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa tal-Kummissjoni, hekk kif issa huma ddefiniti fl-Artikoli 43 u 44 tad-Direttiva 2008/118, li ħassret id-Direttiva 92/83, lanqas ma jippermettulu jirrestrinġi l-portata ta’ tali kunċett. |
|
73 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li oleoreżina tal-vanilla li taqa’ taħt is-subintestatura 1302 1905 tan-NM għandha titqies bħala “essenza aromatika”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li din tikkostitwixxi ingredjent li jipprovdi togħma jew riħa speċifiċi lil prodott speċifiku. |
Fuq l‑ispejjeż
|
74 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id‑Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.