EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CC0251

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali G. Hogan, ippreżentati fis-16 ta’ Settembru 2021.
Gtflix Tv vs DR.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour de cassation (Franza).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Punt 2 tal-Artikolu 7 – Ġurisdizzjoni speċjali f’materji ta’ delitt jew kważi delitt – Pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ dikjarazzjonijiet allegatament dispreġattivi fir-rigward ta’ persuna – Post fejn seħħ id-dannu – Qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tagħhom kontenut imqiegħed online huwa jew kien aċċessibbli.
Kawża C-251/20.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section ;

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:745

 KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

HOGAN

ippreżentati fis‑16 ta’ Settembru 2021 ( 1 )

Kawża C‑251/20

Gtflix Tv

vs

DR

(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Qorti tal‑Kassazzjoni (Franza))

“Talba għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament Nru 1215/2012 – Pubblikazzjoni fuq l-Internet ta’ kummenti dispreġattivi fuq persuna ġuridika – Rikorsi għar-rettifika ta’ data, tħassir ta’ kontenut u kumpens għad-dannu mġarrab – Ġurisdizzjoni għal smigħ ta’ kawżi għal kumpens għad-dannu mġarrab – Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPP)”

I. Introduzzjoni

1.

Minn meta daħlet fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Brussell dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi ( 2 ) u s-sostituzzjoni sussegwenti tagħha permezz ta’ iterazzjonijiet diversi tar-Regolament ta’ Brussell ( 3 ), dan il-corpus sħiħ ta’ dritt internazzjonali privat “Ewropeizzat” fittex li jippromwovi l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza fl-allokazzjoni tal-ġurisdizzjoni f’materji ċivili lill-qrati tal-Istati Membri individwali. Is-sistema ta’ Brussell kellha l-għan ukoll, fejn possibbli, li tikkonċentra l-postijiet ta’ ġurisdizzjoni possibbli fir-rigward ta’ każ partikolari għall-inqas sistemi legali possibbli, b’mod partikolari dawk bl-iktar rabta mill-qrib mal-azzjoni.

2.

Madankollu, dawn l-għanijiet ġew ikkontestati permezz ta’ serje ta’ kawżi li jmorru lura tal-inqas għad-deċiżjoni tal-Qorti f’Shevill ( 4 ) fl‑1995. Il-problema hija l-iktar severa fejn rikorrent talab danni għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali fir-rigward ta’ pubblikazzjoni malafamanti u tipi ta’ pubblikazzjonijiet simili oħrajn fejn huwa allegat li l-att illeċitu kkawża ħsara f’varjetà ta’ ġurisdizzjonijiet differenti. F’tali ċirkustanzi ma jidhirx possibbli li tinqabad regola li tindirizza b’mod sodisfaċenti dawn l-għanijiet potenzjalment kunfliġġenti ta’ ċertezza, prevedibbiltà u viċinanza minn naħa filwaqt li min-naħa l-oħra tiġi evitata l-multipliċità ta’ fora ġudizzjarji possibbli. Dawn id-diffikultajiet jiżdiedu bl-avvanzi teknoloġiċi fid-dinja kontemporanja fejn il-kummenti li allegatament jagħtu lok għall-malafama jew inkella li huma illeċiti b’xi mod ieħor ġew ippubblikati fuq l-Internet.

3.

Dan huwa l-isfond legali ġenerali għad-domandi ġurisdizzjonali kumplessi magħmula permezz ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari li jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012.

4.

It-talba saret fil-kuntest ta’ tilwima bejn Gtflix Tv, kumpannija ta’ divertiment adult ibbażata fir-Repubblika Ċeka, u DR, direttur, produttur u distributur ta’ films pornografiċi bbażat fl-Ungerija, li tirrigwarda l-kumpens għal dikjarazzjonijiet allegatament dispreġattivi magħmula minn DR fuq diversi siti internet u forums. Qabel ma jitqiesu l-fatti jew il-kwistjonijiet legali sostantivi, l-ewwel huwa neċessarju li jiġi stabbilit il-kuntest ġuridiku rilevanti.

II. Il-kuntest ġuridiku

A.   Id-dritt internazzjonali

5.

Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, iffirmata fl‑20 ta’ Marzu 1883, irriveduta fi Stokkolma fl‑14 ta’ Lulju 1967, u emendata fit‑28 ta’ Settembru 1979 (United Nations Treaty Series, vol. 828, Nru 11851, p. 305) tikkonċerna proprjetà industrijali fl-iktar sens wiesa’ tal-kelma u tkopri privattivi, trade marks, disinni industrijali, mudelli ta’ utilità, marki tas-servizzi, ismijiet tad-ditta, indikazzjonijiet ġeografiċi, u r-repressjoni ta’ kompetizzjoni żleali.

6.

L-Artikolu 10bis ta’ dan il-ftehim jiddikjara:

“(1)   Il-pajjiżi tal-Unjoni huma marbuta li jiżguraw liċ-ċittadini ta’ tali pajjiżi protezzjoni effettiva kontra kompetizzjoni żleali.

(2)   Kull att ta’ kompetizzjoni li jmur kontra l-prattiċi onesti fil-materji industrijali jew kummerċjali jikkostitwixxi att ta’ kompetizzjoni żleali.

(3)   B’mod partikolari, dan li ġej għandu jkun ipprojbit:

1. l-atti kollha ta’ tali natura li joħolqu konfużjoni bi kwalunkwe mezz mal-istabbiliment, il-prodotti, jew l-attivitajiet industrijali jew kummerċjali, ta’ kompetitur;

2. allegazzjonijiet foloz waqt in-negozju ta’ tali natura li jiskreditaw l-istabbiliment, il-prodotti, jew l-attivitajiet industrijali jew kummerċjali, ta’ kompetitur;

3. Indikazzjonijiet jew allegazzjonijiet li l-użu tagħhom waqt in-negozju x’aktarx iwassal sabiex iqarraq lill-pubbliku dwar in-natura, il-proċess tal-manifattura, il-karatteristiċi, l-indoneità għall-għan tagħhom, jew il-kwantità, tal-prodotti” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

B.   Id-dritt tal-Unjoni

1. Ir-Regolament Nru 1215/2012

7.

Il-Premessi 13 sa 16 u 21 tar-Regolament Nru 1215/2012 jiddikjaraw:

“(13)

Għandu jkun hemm rabta bejn il-proċedimenti li għalihom japplika dan ir-Regolament u t-territorju tal-Istati Membri. Għalhekk, ir-regoli komuni ta’ ġurisdizzjoni għandhom, bħala prinċipju, japplikaw meta l-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Membru.

(14)

Konvenut li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, b’mod ġenerali, għandu jkun soġġett għar-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni applikabbli fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti invokata.

Madankollu, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi u l-impjegati, sabiex tiġi salvagwardjata l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri f’sitwazzjonijiet fejn dawn għandhom il-ġurisdizzjoni esklużiva u sabiex tiġi rrispettata l-awtonomija tal-partijiet, ċerti regoli ta’ ġurisdizzjoni f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw irrispettivament mid-domiċilju tal-konvenut.

(15)

Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew ta’ awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.

(16)

Barra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. Dan hu importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ tilwim li jirriżulta minn obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża l-malafama.

[…]

(21)

Fl-interessi tal-amministrazzjoni armonjuża tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibbiltà ta’ proċedimenti simultanji u jkun assigurat li ma jiġux mogħtija deċiżjonijiet irrikonċiljabbli fi Stati Membri differenti. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ċar u effettiv sabiex jiġu riżolti każijiet ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati, u biex jiġu eliminati problemi li jirriżultaw minn differenzi nazzjonali dwar id-determinazzjoni taż-żmien meta jiġi rreġistrat każ bħala pendenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dak iż-żmien għandu jiġi definit b’mod awtonomu.”

8.

Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni jinstabu fil-Kapitolu II tal-imsemmi regolament, li jinkludi l-Artikoli 4 sa 34.

9.

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jappartjeni għal Taqsima 1 tal-Kapitolu II, intitolat “Dispożizzjonijiet Ġenerali”, jinqara kif ġej:

“Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.”

10.

L-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, li jidher taħt Taqsima 1, jiddikjara:

“Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla fit-Taqsimiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.”

11.

Il-kliem tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 huwa identiku għall-kliem tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), li tħassar permezz tar-Regolament Nru 1215/2012, u jikkorrispondi ma’ dak tal-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Din id-dispożizzjoni, li hija parti mit-Taqsima 2 intitolata “Ġurisdizzjoni speċjali” ta’ Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012, tiddikjara:

“Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:

[…]

(2)

fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq;”

12.

L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1215/2012 jinqara kif ġej:

“1.   Meta azzjonijiet relatati jkunu pendenti fi qrati ta’ Stati Membri differenti, kwalunkwe qorti apparti l-qorti li tkun l-ewwel invokata għandha tissospendi l-proċedimenti ta’ quddiemha.

2.   Fejn l-azzjoni tkun pendenti fil-prim’istanza quddiem l-ewwel qorti, kwalunkwe qorti oħra tista’ wkoll, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tiċħad il-ġurisdizzjoni jekk il-qorti l-ewwel invokata jkollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet ikkonċernati u li l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, azzjonijiet huma meqjusa li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.”

2. Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007

13.

Il-Premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) ( 5 ) tiddikjara:

“(7)

Il-kamp sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) ( 6 ) u l-istrumenti relattivi għal-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali.”

14.

L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Regola ġenerali”, jiddikjara:

“1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn delitt jew kważi-delitt ċivili għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu irrispettivament mill-pajjiż fejn seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu u irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn iseħħu l-konsegwenzi indiretti ta’ dak l-avveniment.

2.   Madankollu, fejn kemm l-persuna allegatament responsabbli kif ukoll il-persuna li ssofri d-dannu ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta jseħħ id-dannu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi ta’ dak il-pajjiż.

3.   Fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li d-delitt jew kważi-delitt ċivili huwa manifestament konness aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafi 1 jew 2, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. Konnessjoni manifestament aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor tista’ tkun ibbażata b’mod partikolari fuq relazzjoni pre-eżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt, li tkun konnessa mill-qrib mad-delitt jew kważi-delitt ċivili in kwistjoni.”

15.

L-Artikolu 6(1) sa (2) tal-istess regolament, intitolat “Kompetizzjoni żleali u atti li jirrestrinġu l-kompetizzjoni libera”, jiddikjara:

“1.   Il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att ta’ kompetizzjoni żleali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn ir-relazzjonijiet ta’ kompetittività jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ikunu, jew probabbilment jiġu, milquta.

2.   Fejn att ta’ kompetizzjoni żleali jolqot esklussivament l-interessi ta’ kompetitur speċifiku, għandu japplika l-Artikolu 4.”

C.   Id-dritt Franċiż

16.

Fid-dritt Franċiż, kompetizzjoni żleali tirreferi għal kull att li bih isir użu eċċessiv mil-libertà ta’ intrapriża ta’ persuna, billi jintużaw proċeduri li huma kontra regoli u prattiki u li jikkawżaw dannu. Fost il-forom irrikonoxxuti ta’ kompetizzjoni żleali hemm l-att ta’ dispreġament li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni Franċiża, jikkonsisti fl-iżvelar ta’ informazzjoni li hija probabbli li tiskredita kompetitur ( 7 ). Din il-ħsara ċivili – li hija distinta mill-malafama – hija rregolata mir-regoli Franċiżi dwar ir-responsabbiltà ċivili.

III. Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

17.

Gtflix Tv hija kumpannija bbażata fir-Repubblika Ċeka li tipproduċi u tiddistribwixxi dak li xi drabi huwa deskritt b’mod indirett bħala programmi tat-televixin ta’ kontenut adult. DR huwa direttur, produttur u distributur ta’ films pornografiċi, domiċiljat fl-Ungerija. Il-films tiegħu huma kkummerċjalizzati permezz ta’ siti internet li huma suġġetti għal web-hosting fl-Ungerija u hu s-sid tagħhom.

18.

Huwa sostnut li DR għamel kummenti dispreġattivi kontra Gtflix Tv regolarment fuq diversi siti internet u forums. Gtflix Tv ressqet talba formali lil DR sabiex jirtira dawn il-kummenti. Meta naqas milli jagħmel hekk, Gtflix Tv sussegwentement ippreżentat proċeduri sommarji kontra DR quddiem il-president tat-Tribunal de Grande Instance, Lyon (il-Qorti Reġjonali, Lyon, Franza). F’dawn il-proċeduri, Gtflix Tv talbet ordni sabiex teħtieġ lil DR:

taħt penali ta’ ħlas, sabiex iwaqqaf l-atti kollha dispreġattivi kontra Gtflix Tv u s-sit internet tagħha u li jippubblika avviż legali bil-Franċiż u bl-Ingliż fuq kull waħda mill-forums ikkonċernati;

li jawtorizza lil Gtflix Tv sabiex tippubblika kumment fuq il-forums amministrati minn DR;

sabiex iħallas lil Gtflix Tv euro wieħed simboliku bħala kumpens għat-telf ekonomiku tagħha u ta’ euro wieħed għad-dannu morali tagħha.

19.

Ir-rispons tal-konvenut kien li jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti Franċiża. It-Tribunal de Grande Instance, Lyon (il-Qorti Reġjonali, Lyon) qablet mas-sottomissjoni tal-konvenut f’dan ir-rigward.

20.

Gtflix Tv appellat minn dak id-digriet quddiem il-Cour d’appel de Lyon (il-Qorti tal-Appell ta’ Lyon, Franza), u żiedet l-ammont provviżorju mitlub għad-danni kummerċjali u morali mġarrba fi Franza għal EUR 10000. Permezz ta’ sentenza tal‑24 ta’ Lulju 2018, dik il-qorti kkonfermat ukoll in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Franċiża.

21.

Ir-rikorrenti sussegwentement appellat quddiem il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza). Quddiem dik il-qorti, Gtflix Tv kkontestat is-sentenza tal-Qorti tal-Appell tal‑24 ta’ Lulju 2018 billi ddikjarat li l-qrati Franċiżi ma kellhomx ġurisdizzjoni fuq il-qrati Ċeki, minħabba li, fil-fehma tagħha, il-qrati ta’ Stat Membru għandhom fil-fatt ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu kawżi li jinvolvu dannu kkawżat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru permezz ta’ kontenut onlajn fil-mument meta dan il-kontenut sar aċċessibbli hemm. Billi eskludiet il-ġurisdizzjoni tal-qrati Franċiżi fuq il-motiv li ma huwiex suffiċjenti li l-kummenti meqjusa dispreġattivi u ppubblikati fuq l-Internet huma aċċessibbli fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita, iżda li dan il-kontenut għandu jkun ukoll ta’ xi interess għar-resident ta’ dak l-Istat Membru, il-Cour d’appel de Lyon (il-Qorti tal-Appell ta’ Lyon) kisret l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012.

22.

Il-qorti tar-rinviju tidher li tikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Cour d’appel de Lyon (il-Qorti tal-Appell ta’ Lyon) hija fil-fatt ivvizzjata bi żball ta’ liġi, iżda li n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati Franċiżi sabiex jisimgħu t-talba għar-rettifika jew għat-tħassir tal-kummenti huwa minkejja dan iġġustifikat. Fil-fatt, isegwi mis-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766) li ma tistax titressaq talba għar-rettifika jew għat-tħassir ta’ data quddiem il-qrati ta’ Stat sempliċement għaliex din id-data hija aċċessibbli minn dan l-Istat Membru. Dan ir-raġunament kien, ovvjament, jinstab f’sentenza mogħtija fil-kuntest ta’ kawża dwar il-malafama. Iżda sa fejn kienet ibbażata fuq in-natura ubikwitarja tad-data inkwistjoni, dan ir-raġunament ikun applikabbli permezz ta’ analoġija għat-talbiet għat-tħassir jew għar-rettifika ta’ allegazzjonijiet li huma probabbli li jikkostitwixxu atti (allegatament) dispreġattivi.

23.

Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fir-rigward ta’ talbiet għall-kumpens konnessi mal-eżistenza ta’ tali atti ta’ kompetizzjoni żleali, ir-rikorrenti tistax tressaq azzjoni quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu kontenut li tqiegħed onlajn huwa jew kien aċċessibbli, filwaqt li taġixxi fl-istess ħin għall-finijiet tar-rettifika tad-data, it-tħassir ta’ kontenut kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali kif ukoll id-dannu materjali, jew jekk għandhiex tressaq din it-talba għall-kumpens quddiem il-qorti kompetenti biex tordna r-rettifika tad-data u t-tħassir tal-kummenti dispreġattivi.

24.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:

“Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li, temmen li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha permezz tat-tixrid tal-kummenti dispreġattivi fuq l-internet, tressaq azzjoni kemm għall-finijiet tar-rettifika tad-data iżda ukoll għat-tħassir tal-kontenut, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu morali kif ukoll id-dannu materjali li jirriżultaw minnu, tista’ titlob quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu kontenut li tqiegħed onlajn huwa jew kien aċċessibbli, kumpens għad-danni kkawżati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, skont is-sentenza eDate Advertising (punti 51 u 52) [(C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, punti 5152)] jew inkella, skont is-sentenza [tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u IlsjanC‑194/16, EU:C:2017:766, punt 48)], dik il-persuna għandha tressaq din it-talba għal kumpens quddiem il-qorti kompetenti biex tordna r-rettifika tad-data u t-tħassir tal-kummenti dispreġattivi?”

IV. Analiżi

25.

Sa mill-bidu, għandu jiġi enfasizzat li s-sempliċi fatt li diversi tipi ta’ talbiet jitressqu magħqudin f’talba waħda ma għandux effett fuq ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli għal kull waħda minn dawn it-talbiet, għaliex it-talba tista’ tinqasam jekk huwa neċessarju ( 8 ). Barra minn hekk, fil-kawża prinċipali, għandu jiġi enfasizzat li anki jekk ir-rikorrenti qajmet diversi tipi ta’ talbiet, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tirreferi biss għad-determinazzjoni ta’ liema qrati għandhom jitqiesu li jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu azzjoni għad-danni minħabba kummenti dispreġattivi.

26.

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1215/2012, li jagħti l-ġurisdizzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-mertu ta’ tilwima lill-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut huwa domiċiljat, l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt, persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor quddiem il-qorti tal-post fejn l-avveniment dannuż twettaq jew jista’ jitwettaq ( 9 ).

27.

Sa fejn dan l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 jipproduċi mill-ġdid il-kliem u l-għanijiet tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, kif ukoll, anki qabel dan, dak tal-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandha titqies li tapplika b’mod ugwali għall-Artikolu 7(2) ( 10 ).

28.

Skont l-analiżi stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali stabbilita fl-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 hija bbażata fuq l-eżistenza ta’ rabta partikolarment stretta bejn l-ilment u l-qrati tal-post fejn twettaq jew jista’ jitwettaq il-fatt dannuż, li jiġġustifika l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lil dawn il-qrati għal raġunijiet li jirrigwardaw amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-organizzazzjoni xierqa tal-proċeduri ( 11 ). Fi kwistjonijiet li jirrigwardaw tort, delitt jew kważi-delitt, il-qrati tal-post fejn twettaq jew jista’ jitwettaq il-fatt dannuż fil-fatt huma normalment l-iktar adattati sabiex jiddeċiedu l-kawża, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ viċinanza għall-kawża u ta’ faċilità fl-amministrazzjoni tal-provi ( 12 ).

29.

Madankollu, sa fejn din id-dispożizzjoni tidderoga mill-prinċipju fundamentali attwalment stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1215/2012, li jattribwixxi ġurisdizzjoni lill-qrati tad-domiċilju tal-konvenut, l-Artikolu 7(2) għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv u ma jistax jiġi interpretat b’mod li jmur lil hinn mill-każijiet espressament previsti minn dan ir-regolament ( 13 ).

30.

Madankollu, skont linja daqstant ieħor konsistenti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett tal-“post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” ( 14 ) għandu jinftiehem li jipprevedi żewġ postijiet distinti, jiġifieri, dak fejn id-dannu mmaterjalizza, u l-post tal-avveniment li kkawżah (imsejjaħ ukoll il-post tal-avveniment kawżali), u kull wieħed minnhom huwa probabbli li, skont iċ-ċirkustanzi, jipprovdi indikazzjoni partikolarment bżonjuża fir-rigward tal-provi u l-organizzazzjoni tal-proċeduri ( 15 ). Għalhekk, fil-każ fejn il-post li fih jinstabu dawn il-kriterji ta’ rabta huwa differenti, il-konvenut jista’ jiġi mħarrek, skont l-għażla tar-rikorrent, quddiem il-qrati ta’ wieħed minn dawn il-postijiet ( 16 ).

31.

F’din il-kawża, id-domanda magħmula tikkonċerna biss id-determinazzjoni tal-post fejn seħħ id-dannu.

32.

F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li dan il-fattur ta’ rabta huwa l-post fejn l-avveniment li kkawża d-dannu jipproduċi l-effetti tiegħu ta’ ħsara, jiġifieri, il-post fejn id-dannu li rriżulta mill-prodott difettuż jimmanifesta ruħu b’mod konkret ( 17 ). Madankollu, dan il-post jista’ jvarja skont in-natura eżatta tad-dritt allegatament miksur ( 18 ).

33.

Pereżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, li, fil-każ ta’ frodi li jaffettwa l-valur ta’ ċertifikati finanzjarji, li, minħabba li ma humiex assi materjali, huma neċessarjament iddepożitati f’kont bankarju partikolari msejjaħ kont ta’ titoli, il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta’ fejn seħħ it-telf huma dawk tad-domiċilju tar-rikorrent, meta dan il-kont bankarju jinżamm minn bank stabbilit fil-limiti tal-ġurisdizzjoni ta’ dawn il-qrati ( 19 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din is-soluzzjoni ma hijiex applikabbli meta r-rikorrent jilmenta dwar dannu finanzjarju li jirriżulta minn deċiżjonijiet ta’ investiment meħuda bħala riżultat ta’ informazzjoni mhux eżatta, inkompleta jew li tqarraq li hija faċilment aċċessibbli madwar id-dinja, jekk il-kumpannija li ħarġet l-istrumenti finanzjarji inkwistjoni ma kinitx suġġetta għal xi rekwiżit ta’ komunikazzjoni legali fl-Istat Membru li fih il-bank jew ditta ta’ investiment li fuq ir-reġistru tiegħu l-kont ta’ titoli huwa rreġistrat ( 20 ).

34.

Fil-każ ta’ allegat dannu morali kkawżat minn artiklu fil-gazzetta mqassma f’diversi Stati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’Shevill li l-vittma tista’ tressaq azzjoni għad-danni kontra l-pubblikatur jew quddiem il-qrati tal-Istat tal-post fejn il-pubblikatur tal-pubblikazzjoni malafamanti huwa stabbilit, li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jagħtu danni għall-ħsara kollha kkawżata mill-malafama, jew quddiem il-qrati ta’ kull Stat li fih il-pubblikazzjoni kienet tqassmet u fejn il-vittma ssostni li ġarrbet ħsara għar-reputazzjoni tagħha, li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu biss fir-rigward tal-ħsara kkawżata fl-Istat tal-qorti adita ( 21 ). Din l-aħħar regola ta’ ġurisdizzjoni ġiet xi drabi deskritta – b’mod partikolari mill-kritiċi tagħha – bħala li tistabbilixxi prinċipju ta’ distribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni li jista’ għall-konvenjenza jissejjaħ bħala “l-approċċ Mużajk” għall-ġurisdizzjoni ( 22 ).

35.

Sussegwentement, f’eDate, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet meħtieġa li tikkunsidra l-kwistjoni ta’ kontenut onlajn tranżnazzjonali malafamanti. F’dan ir-rigward, hija ddeċidiet li dawn is-sitwazzjonijiet huma differenti minn sitwazzjonijiet offlajn minħabba, minn naħa, l-ubikwità potenzjali ta’ kwalunkwe kontenut onlajn u, min-naħa l-oħra, id-diffikultà sabiex tiġi kkwantifikata din id-distribuzzjoni b’ċertezza u b’mod affidabbli u għaldaqstant li jiġi evalwat id-dannu kkawżat esklużivament fi Stat Membru wieħed ( 23 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant iddeċidiet li meta s-sit internet li jospita l-kontenut inkwistjoni ma jkunx adotta xi miżuri restrittivi, il-qorti tal-post fejn l-allegata vittma għandha ċ-ċentru tal-interessi tagħha għandu jkollha ġurisdizzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-merti ta’ talba għall-kumpens tad-dannu mġarrab kollu kemm hu, għar-raġuni li dan kien il-post fejn l-impatt tal-kontenut onlajn fuq id-drittijiet tal-personalità ta’ persuna seta’ jiġi evalwat l-aħjar ( 24 ). Għall-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-post jikkorrispondi b’mod ġenerali, iżda mhux neċessarjament, għar-residenza abitwali tagħha. Madankollu, persuna jista’ jkollha ċ-ċentru tal-interessi tagħha fi Stat Membru li fih hija ma għandhiex ir-residenza abitwali tagħha, sakemm fatturi oħrajn, bħal pereżempju l-insegwiment ta’ attività professjonali, jistgħu jistabbilixxu l-eżistenza ta’ rabta partikolarment viċina ma’ dak l-Istat ( 25 ).

36.

B’żieda ma’ dan il-fattur ta’ rabta, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 51 tas-sentenza eDate, li kien baqa’ wkoll possibbli għal-lanjant sabiex iressaq azzjoni quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu l-kontenut li tqiegħed onlajn huwa jew kien aċċessibbli. Dawn il-qrati għandhom ġurisdizzjoni biss fir-rigward tad-dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti adita ( 26 ).

37.

Għalhekk, bħala riżultat ta’ dik is-sentenza, persuna li tikkunsidra lilha nnifisha li hija l-vittma ta’ ksur tad-drittijiet ta’ personalità bħala riżultat ta’ att ta’ malafama li twettaq fuq l-Internet hija intitolata sabiex tressaq azzjoni fit-tliet fora li fihom il-qrati nazzjonali kkonċernati ser igawdu minn ġurisdizzjoni fuq id-dannu kollu hemm hu, jiġifieri, il-post ta’ residenza tal-konvenut, il-post tal-avveniment kawżali – li huwa l-post fejn ittieħdet id-deċiżjoni li jixxerred il-messaġġ inkwistjoni, kemm jekk espressament kif ukoll taċitament ( 27 ) – u l-post taċ-ċentru tal-interessi tar-rikorrent. Din il-persuna għandha l-possibbiltà wkoll li tressaq azzjoni f’diversi fora oħra, jiġifieri l-Istati Membri varji li fihom il-pubblikazzjoni inkwistjoni hija jew kienet aċċessibbli, iżda li għalihom il-qrati nazzjonali rilevanti ser igawdu mill-ġurisdizzjoni biss fuq id-dannu li twettaq fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat,

38.

Fi triloġija sussegwenti ta’ kawżi, l-għażla li titressaq azzjoni quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu l-kontenut li tqiegħed onlajn huwa jew kien aċċessibbli kienet reġgħet ġiet iddikjarata u applikata għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq l-Internet fuq il-motiv li dawn il-qrati huma fl-aħjar pożizzjoni, l-ewwel, li jaċċertaw jekk dan id-dritt fil-fatt ġiex miksur u, it-tieni, sabiex jiddeterminaw in-natura tad-dannu: Pinckney ( 28 ), Hejduk ( 29 ) u Hi Hotel HCF ( 30 ). B’mod partikolari, f’Hejduk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat din l-analiżi anki jekk fl-aħħar sitwazzjoni ma adottatx il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón, li kkunsidra li tali prinċipju jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ inċertezza legali għall-partijiet ( 31 ). F’kull waħda minn dawn il-kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja ġġustifikat il-pożizzjoni tagħha fuq il-motiv li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur hija normalment suġġetta għal prinċipju ta’ territorjalità, jiġifieri, li, fil-fatt, il-liġi tal-Istati tissanzjona biss ksur tad-drittijiet tal-awtur li jsir fit-territorju tagħhom ( 32 ).

39.

Finalment, f’Bolagsupplysningen u Ilsjan, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistoqsija, fl-ewwel domanda, sabiex tiddetermina jekk l-analiżi li tinstab f’eDate kinitx applikabbli għal persuna ġuridika li tixtieq takkwista r-rettifika ta’ kontenut allegatament żbaljat ippubblikat fuq sit internet u t-tħassir ta’ kummenti relatati fuq forum ta’ diskussjoni fuq dan is-sit internet, kif ukoll il-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tat-talbiet għar-rettifika u għat-tħassir, li r-regola ta’ ġurisdizzjoni sabiex tiddetermina l-merti tad-dannu mġarrab kollu kemm hu, li ġiet stabbilita f’eDate favur il-qrati tal-Istat Membru li fih jinstab iċ-ċentru tal-interessi tal-vittma, tapplika wkoll għal persuni ġuridiċi, indipendentement minn jekk il-kontenut inkwistjoni huwiex ta’ tali natura li jirriżulta f’dannu materjali jew morali ( 33 ).

40.

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, f’dik is-sitwazzjoni, iċ-ċentru tal-interessi ta’ impriża għandu jirrifletti l-post fejn ir-reputazzjoni kummerċjali tagħha hija l-iktar stabbilita u għandu għalhekk jiġi ddeterminat skont il-post fejn hija teżerċita l-parti essenzjali tal-attività ekonomika tagħha. F’dan il-kuntest, filwaqt li ċ-ċentru tal-interessi ta’ persuna ġuridika jista’ jikkoinċidi mal-post tas-sede tagħha meta teżerċita l-attivitajiet kollha tagħha jew parti essenzjali tagħhom fl-Istat Membru li fih tinstab din is-sede u r-reputazzjoni li hija tgawdi minnha hija konsegwentement iktar wiesgħa milli fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, il-post tal-imsemmija sede ma huwiex, madankollu, fih innifsu, kriterju deċiżiv għall-finijiet ta’ tali analiżi ( 34 ).

41.

B’risposta għat-tieni domanda li tirrigwarda liema qrati għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq rikors għar-rettifika jew għat-tħassir ta’ kummenti onlajn, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali talba ma setgħetx titressaq quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru minħabba li, fid-dawl tan-“natura ubikwitarja tal-informazzjoni u tal-kontenut imqiegħed online fuq sit internet u tal-fatt li l-portata tat-tixrid tagħha hija, bħala regola, universali […] talba intiża għar-rettifika tal-ewwel u għat-tħassir tat-tieni hija waħda u indiviżibbli” ( 35 ). Għall-Qorti tal-Ġustizzja, tali rikors seta’ jiġi ppreżentat biss quddiem l-istess qrati bħal dawk li kienu mogħtija ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar il-merti ta’ talba għal kumpens sħiħ għad-dannu.

42.

Huwa f’dan il-kuntest li l-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi jekk, fid-dawl tar-raġunijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiġġustifika l-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ ċerti qrati fir-rigward tat-tħassir jew ir-rettifika ta’ kontenut ikkontestat, ikunx xieraq ukoll li tiġi rrikonoxxuta l-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ dawn l-istess qrati fir-rigward tal-kumpens. Dan b’mod impliċitu jqajjem il-mistoqsija jekk, fis-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766), iktar milli sempliċement tiddistingwi ġurisprudenza preċedenti b’dan il-mod, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-ħsieb ulterjuri li taqleb kompletament il-ġurisprudenza tagħha u għalhekk tabbanduna wkoll l-approċċ Mużajk fir-rigward ta’ talbiet għad-danni wkoll ( 36 ).

43.

Mill-bidu, nixtieq nagħmilha ċara li, fil-fehma tiegħi, il-kliem tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma jipprekludix l-abbandun tal-approċċ Mużajk, u lanqas ma jeħtieġ iż-żamma tiegħu. Fil-fatt, kif spjegat iktar ’il fuq, din id-dispożizzjoni hija limitata għall-istabbiliment ta’ prinċipju ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post fejn id-dannu jimmaterjalizza, mingħajr speċifika ulterjuri.

44.

It-tieni, jiena nsibha diffiċli sabiex nislet konklużjoni dwar l-approċċ Mużajk mis-sentenza f’Bolagsupplysningen u Ilsjan. Anki jekk l-Avukat Ġenerali Bobek kien stieden espliċitament lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrevedi l-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-pożizzjoni, fir-rigward tal-ewwel domanda, li kienet dik li fiha hija setgħet indirizzat il-kwistjoni tal-manteniment tal-Mużajk ta’ ġurisdizzjonijiet fir-rigward ta’ talbiet għal kumpens, sabiex tifformula risposta relattivament qasira, li tirrigwarda biss lill-qrati nazzjonali li għandhom ġurisdizzjoni sabiex ikunu aditi b’azzjonijiet li bihom jintalbu r-rettifika jew it-tħassir ta’ kummenti ( 37 ). Sa fejn, sabiex tiġġustifika l-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ ċerti qrati sabiex jiddeċiedu kawżi għar-rettifika jew għat-tħassir ta’ kontenut onlajn, il-Qorti tal-Ġustizzja straħet fuq in-natura waħda u indiviżibbli ta’ tali tip ta’ azzjoni, din ir-risposta ma timplikax neċessarjament l-abbandun tal-approċċ Mużajk fir-rigward ta’ azzjoni għall-kumpens.

45.

Il-fatt, pereżempju, li qorti nazzjonali tiddeċiedi, permezz tal-liġi applikabbli fl-Istat Membru ta’ dik il-qorti u billi tqis, b’mod partikolari, in-natura u l-aċċessibbiltà tal-kontenut inkwistjoni, ir-reputazzjoni tal-persuna kkonċernata f’dak l-Istat Membru, li ma hemm l-ebda bżonn sabiex tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu mġarrab fit-territorju ta’ dak l-istess Stat Membru ma jeskludix il-possibbiltà li qorti fi Stat Membru ieħor tista’ tiddeċiedi, fuq il-bażi ta’ liġi oħra u kunsiderazzjonijiet oħrajn, sabiex tikkumpensah. Huwa pjuttost possibbli li jiġu previsti ċirkustanzi fejn rikorrent jista’ jitlef fi Stat Membru A fuq il-motivi bħal li kien possibbli ferm li l-pubblikazzjoni kienet aċċessata minn numru limitat ħafna ta’ persuni f’dak l-Istat jew li peress li r-rikorrent ma kellux reputazzjoni effettiva li jrid jipproteġi f’dak l-Istat filwaqt li fl-istess ħin jirnexxilu fi Stat Membru B fejn iktar persuni jistgħu jkunu qraw il-pubblikazzjoni inkwistjoni jew fejn ir-rikorrent kellu reputazzjoni iktar estensiva li fil-fatt saritilha ħsara jew ġiet affettwata biha.

46.

Minħabba li l-liġijiet tal-malafama jibqgħu kwistjoni għal-liġijiet tal-Istati Membri u minħabba li dawn ma ġewx armonizzati, huwa wkoll possibbli li jiġu previsti ċirkustanzi fejn ċertu kliem jista’ jiġi deċiż li huwa malafamanti fi Stat Membru Ċ iżda fejn dan ma jkunx il-każ fi Stat Membru D. Għall-kuntrarju, fil-każ ta’ kawżi għar-rettifika jew għat-tħassir tal-istess kontenut onlajn, jekk diversi ġurisdizzjonijiet nazzjonali kellhom jagħtu sentenzi f’direzzjonijiet opposti, il-persuni li jmexxu s-sit internet li fuqu hemm il-kontenut inkwistjoni u li sar disponibbli ma jkunux jistgħu jikkonformaw b’mod simultanju ma’ dawn id-deċiżjonijiet.

47.

Huwa minnu li fil-punt 31 tas-sentenza tagħha f’Bolagsupplysningen u Ilsjan, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għall-approċċ Mużajk, hija ssemmi biss is-sentenza Shevill bħala preċedent. Madankollu, dan ma jidhirlix li huwa sinjifikattiv, għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja mhux dejjem tiċċita l-ġurisprudenza kollha ta’ qabel ( 38 ).

48.

F’dan il-kuntest, huwa l-iktar probabbli li f’Bolagsupplysningen u Ilsjan, il-Qorti tal-Ġustizzja intenzjonalment evitat li tieħu pożizzjoni fuq il-kwistjoni dwar jekk għandhiex iżżomm l-approċċ Mużajk fi kwistjonijiet ta’ kumpens ( 39 ). Dan ma jfissirx, madankollu, li l-kwistjoni tal-adegwatezza ta’ din is-soluzzjoni ma jixirqilhiex li tiġi evalwata.

49.

Fil-konklużjonijiet tiegħu f’Bolagsupplysningen u Ilsjan, l-Avukat Ġenerali Bobek ikkunsidra li dan l-approċċ la serva l-interessi tal-partijiet u lanqas l-interess ġenerali. Sabiex isostni din il-fehma, huwa ppreżenta diversi argumenti favur li jiġi abbandunat, tlieta minnhom huma probabbli li jkunu rilevanti għat-talbiet għad-danni.

50.

L-ewwel, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx, meta estendiet is-soluzzjoni tas-sentenza Shevill għall-kontenut onlajn, l-ispeċifiċità tal-Internet, jiġifieri li huwa jagħti natura ubikwitarja lil kull kontenut li tqiegħed fuqu ( 40 ). F’tali kuntest, l-applikazzjoni tal-approċċ Mużajk twassal għal multipliċità ta’ ġurisdizzjonijiet kompetenti, li tagħmilha diffiċli għall-awtur ta’ materjal sabiex jipprevedi liema qorti jkollha ġurisdizzjoni fil-każ ta’ kawża ( 41 ).

51.

It-tieni, il-prinċipju tal-ġurisdizzjoni Mużajk jinvolvi riskju ta’ frammentazzjoni tat-talbiet fil-qrati tal-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni biss għad-dannu kkawżat fuq it-territorju nazzjonali tagħhom. Fil-prattika, ikun diffiċli sabiex jiġu kkoordinati tali talbiet ma’ xulxin ( 42 ).

52.

It-tielet, il-proliferazzjoni ta’ bażijiet speċjali ta’ ġurisdizzjonijiet ma tkunx intiża sabiex tipproteġi dawk li huma mmalafamati minħabba li fi kwalunkwe każ huma intitolati li jħarrku lill-awturi tal-kontenut libelluż fil-ġurisdizzjonijiet fejn huma ċċentrati l-interessi tagħhom, li ser ikun l-iktar faċli għalihom. F’dan il-kuntest tali proliferazzjoni tista’ tkun intiża biss sabiex tinkoraġġixxi strateġiji ta’ fastidju ġudizzjarju ( 43 ).

53.

Jiena nirrikonoxxi li dawn l-argumenti għandhom piż kunsiderevoli, b’mod partikolari fid-dawl tal-għanijiet li jridu jintlaħqu mir-Regolament Nru 1215/2012. L-ewwel, il-premessa 21 ta’ dan ir-regolament tispeċifika li hija timmira sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ proċedimenti simultanji u sabiex jiġu evitati sentenzi irrikonċiljabbli milli jingħataw fi Stati Membri differenti. It-tieni, isegwi mill-premessa 15 ta’ dan ir-regolament li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiżguraw ċertezza legali. It-tielet, skont il-premessa 16, jekk raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni għall-fora tal-post ta’ residenza tal-konvenut jeżistu, dan huwa jew għaliex dawn il-fora għandhom konnessjoni eqreb mal-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

54.

F’dan il-kuntest, wieħed jista’ jitħajjar jislet argument mill-fatt li s-soluzzjonijiet li nstabu fis-sentenzi Shevill u eDate kkonċernaw l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 u mhux tar-Regolament Nru 1215/2012 sabiex jiġi ġġustifikat l-abbandun tal-approċċ Mużajk. Filfatt, il-premessa 16 ta’ dan tal-aħħar, li hija miktuba differenti mill-premessa 12 ta’ dak ta’ qabel, issa tenfasizza l-importanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali f’tilwim li jikkonċerna obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur ta’ privatezza u drittijiet li jirrigwardaw il-personalità, inkluż il-malafama, żieda li tista’ tissuġġerixxi li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jaqleb aspetti tal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

55.

Madankollu, tali interpretazzjoni jidhirli li hija kemxejn eċċessiva. Min-naħa tiegħi, inqis li din iż-żieda tista’ tinftiehem l-aħjar bħala kjarifika sempliċi tal-għan li jrid jintlaħaq mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012. Ma jsegwix li l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament tista’ titqies b’mod korrett li tissuġġerixxi li l-approċċ Mużajk ma għadux jikkorrispondi għall-istat tal-liġi. Kwalunkwe abbandun ta’ dan l-approċċ ikun jikkorrispondi għalhekk għal bidla fil-ġurisprudenza eżistenti.

56.

Filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma żżommx ma’ teorija stretta ta’ preċedent, kull tluq sinjifikattiv minn korp stabbilit ta’ ġurisprudenza għandu jkun – u huwa – minkejja dan, eċċezzjonali. Huwa madankollu minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja biddlet xi ġurisprudenza minn tagħha fil-passat. Dan kien il-każ, kif imsemmi minn Profs. F. Picod ( 44 ), pereżempju, meta rriżulta li l-interpretazzjoni li kienet ingħatat lil dispożizzjoni wasslet, fil-prattika, għal regola li ma kinitx effettiva ħafna ( 45 ), jew li ltaqgħet ma’ oppożizzjoni qawwija mill-qrati nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tagħha ( 46 ), jew li din l-interpretazzjoni llum ma għadhiex tapplika minħabba xi żviluppi soċjali, politiċi jew teknoloġiċi ( 47 ).

57.

Madankollu, peress li l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali japplikaw ukoll għall-Qorti tal-Ġustizzja, kwalunkwe tali tibdil fil-ġurisprudenza preċedenti ma għandux isir fl-assenza ta’ raġuni serja sabiex isir dan u għandu jkun limitat għal dak li huwa neċessarju. Barra minn hekk, anki meta tali raġuni teżisti, tali tibdil għandu b’mod partikolari jfittex sabiex jillimita kull effett retroattiv filwaqt li jirrispetta wkoll il-prinċipju ta’ res judicata.

58.

F’din il-kawża, il-kwistjoni hija għalhekk jekk il-karatteristiċi (ċertament) problematiċi tal-approċċ Mużajk humiex talment fundamentali li jiġġustifikaw l-abbandun tiegħu u, anki jekk dan huwa fl-affermattiv, jekk hemmx xi approċċ ieħor disponibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li ma huwiex potenzjalment estensiv daqs dan l-approċċ. Filwaqt li nirrikonoxxi bis-sħiħ is-saħħa tal-argumenti ppreżentati mill-Avukat Ġenerali Bobek fil-konklużjonijiet tiegħu f’Bolagsupplysningen u Ilsjan, jiena minkejja dan ma nħossnix persważ li l-ġurisprudenza ta’ wara Shevill għandha ssofri minn abbandun b’dan il-mod. Jiena ngħid hekk għar-raġunijiet li ġejjin.

59.

L-ewwel, in-natura ubikwitarja ta’ kull kontenut li tqiegħed onlajn ma hijiex ġdida ( 48 ). Huwa minnu li networks soċjali kibru b’mod kunsiderevoli mid-deċiżjoni ta’ eDate fl‑2011 iżda anki f’dak iż-żmien Facebook diġà kellu iktar minn 500 miljun utent, li nofshom kienu jaċċedu għalih kuljum ( 49 ).

60.

It-tieni, il-problemi ġġenerati mill-possibbiltà li jitressqu kawżi quddiem diversi qrati għandhom jitpoġġew f’perspettiva. Fil-fatt, minn perspettiva strettament legali, il-prinċipju Mużajk ma jiġġenerax xi problema ta’ koordinazzjoni fil-każ ta’ proċeduri simultanji. Minħabba li kull qorti nazzjonali hija kompetenti biss sabiex tiddeċiedi fuq danni li jseħħu fit-territorju tal-Istat Membru li tagħmel parti minnu, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw il-malafama, kull waħda loġikament ser tapplika liġi differenti, jiġifieri, dik applikabbli f’kull wieħed minn dawn it-territorji, dawn il-proċeduri mhux ser ikollhom l-istess suġġett, li jikkorrispondi mat-talbiet tal-persuna kkonċernata, u kawża, li tirreferi, taħt id-dritt tal-Unjoni, għall-bażi legali u fattwali ta’ dawn it-talbiet ( 50 ).

61.

Minn perspettiva prattika, l-applikazzjoni tal-approċċ Mużajk twassal sabiex tingħata ġurisdizzjoni mhux lill-qrati kollha tal-Istati Membri, iżda lil dawk biss tal-Istati Membri li fihom il-kontenut ikkontestat huwa aċċessibbli ( 51 ). Skont kif għandu jinftiehem il-kunċett ta’ aċċessibbiltà, li jibqa’ mhux ċar fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mhux il-qrati kollha tal-Istati Membri kollha ser ikunu kompetenti. Barra minn hekk, anki meta d-diversi qrati ser ikollhom ġurisdizzjoni, dan ma jfissirx neċessarjament li d-dannu ser jiġi kkonstatat li seħħ fuq it-territorju ta’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Kif diġà osservajt, il-livell ta’ notorjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika allegatament immalafamata ( 52 ), il-lingwa użata sabiex tiġi abbozzata l-pubblikazzjoni inkwistjoni, il-preżentazzjoni ( 53 ), il-kuntest, ir-riferimenti użati sabiex jiġi fformulat il-messaġġ, u n-numru ta’ viżitaturi mill-Istati Membri inkwistjoni li aċċessaw din il-pubblikazzjoni ( 54 ) huma kollha elementi li jistgħu jwasslu lill-qrati sabiex isibu li l-persuna kkonċernata ma ġarrbitx xi dannu fit-territorju li fih huma kompetenti ġeografikament.

62.

F’dan il-kuntest, il-problema maħluqa mill-prinċipju Mużajk tidher li hija fir-realtà l-iżjed relatata mal-eżistenza ta’ riskju ta’ fastidju ġudizzjarju. Il-multiplikazzjoni ta’ ġurisdizzjonijiet kompetenti toħloq art fertili għal strateġiji ta’ fastidju ġudizzjarju u, b’mod partikolari, għal kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPP, “recours bâillon” bil-Franċiż) ( 55 ). Minħabba li kull kawża tobbliga lill-konvenut sabiex jiddedika enerġija u riżorsi għaliha, indipendentement mill-merti tat-talba, billi jiġu mmultiplikati l-azzjonijiet legali, jew sempliċement billi jiġu mhedda, persuna tista’ tikkawża dannu (jew, għal kumpannija, żvantaġġ kompetittiv, billi taħli l-ħin tal-amministrazzjoni u riżorsi) fuq oħra.

63.

Madankollu, jekk tali strateġiji jistgħu jiġu implimentati b’mod vantaġġuż permezz ta’ xi rikorrenti bla skrupli, dan huwa parzjalment għaliex ir-regoli eżistenti fl-Istati Membri li jirrigwardaw ir-rimbors ta’ spejjeż legali ħafna drabi ma humiex rigorużi b’mod suffiċjenti fir-rigward tal-obbligu tal-parti telliefa sabiex tikkumpensa lill-parti rebbieħa għad-dannu kkawżat, kif jista’ jkun il-każ, jew permezz tal-azzjoni jew permezz tal-fatt li t-talbiet tar-rikorrent affaċċjaw reżistenza b’mod abbużiv. Fil-fatt, dawn ir-regoli mhux dejjem jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti l-ispejjeż indiretti ġġenerati mill-amministrazzjoni ta’ proċedura (b’mod partikolari l-ispejjeż tat-tbatija kkawżata mit-tilwima), għalkemm fil-prattika dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu sinjifikattivi, kemm ekonomikament kif ukoll moralment ( 56 ). Jekk dawn l-ispejjeż kienu kkumpensati b’mod sistematiku u aħjar, b’mod partikolari fil-każ ta’ abbuż ta’ proċess, ir-rikorrenti jkunu dissważi milli jabbużaw mill-prinċipju Mużajk, minħabba li dan ikun jesponihom għar-riskju, fil-każ li huma ma jkollhomx suċċess fit-talba tagħhom, li jkollhom iħallsu danni sinjifikattivi lill-konvenut.

64.

B’mod addizzjonali, konvenuti jistgħu jieħdu ċerti azzjonijiet sabiex jipproteġu lilhom innifishom kontra dan it-tip ta’ riskju. Pereżempju, jiddependi mill-kuntest, huma jistgħu jressqu azzjoni dikjaratorja negattiva quddiem qorti b’ġurisdizzjoni sħiħa ( 57 ). Minħabba li din il-ġurisdizzjoni ser tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar id-dannu fuq it-territorju kollu tal-Unjoni, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet, previsti fir-Regolament Nru 1215/2012, ser ikollha l-effett li ċċaħħad lil kull qorti oħra mill-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq id-dannu li twettaq fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed biss. Iktar b’mod ġenerali, partijiet għandhom l-għażla wkoll, skont l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1215/2012, sabiex jitolbu għal sospensjoni ta’ proċeduri, jew anki għal ċaħda, fil-każ ta’ talbiet relatati, jiġifieri talbiet li tant ikunu marbuta tant strettament ma’ xulxin li jkun espedjenti li jinstemgħu u jiġu deċiżi flimkien sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati ( 58 ). Bħala riżultat, b’mod partikolari, l-awtur tal-kontenut allegatament malafamanti, mhux ser ikollu l-istress li jkollu jimmaniġġja diversi proċeduri fl-istess ħin.

65.

Iktar importanti, minħabba li r-riżorsi ta’ rikorrenti potenzjali ma humiex bla limitu, li tiġi implimentata strateġija ta’ tilwim ibbażata fuq il-multiplikazzjoni ta’ azzjonijiet rarament ser tkun għall-vantaġġ tagħhom. Għaldaqstant, tali strateġiji ser ikunu implimentati l-iktar minn atturi ekonomiċi b’riżorsi sinjifikattivi. Madankollu, għalihom, l-għajbien tal-prinċipju Mużajk mhux ser iwaqqafhom milli jimplimentaw din it-tip ta’ strateġija. Pereżempju, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kriterju ta’ ċentru ta’ interessi għandu jiġi evalwat fuq il-livell ta’ kull suġġett legali ( 59 ). Konsegwentement, fil-każ ta’ korporazzjoni organizzata fil-forma ta’ grupp ta’ kumpanniji b’marka kummerċjali simili, l-applikazzjoni tal-kriterju taċ-ċentru tal-interessi ser tfisser effettivament li kull entità legali f’dan il-grupp (li jista’ jkun ma jkunx 100 % kkontrollat minn kumpannija omm) ser tkun intitolata sabiex tressaq azzjoni kontra l-awtur tal-messaġġ għad-dannu mġarrab quddiem il-qrati tal-Istat li fih kull waħda minnhom għandha ċ-ċentru tal-interessi tagħha ( 60 ).

66.

It-tielet, ma huwiex verament ċar jekk l-approċċ Mużajk jiksirx effettivament l-għanijiet li jridu jintlaħqu mir-Regolament Nru 1215/2012. Fil-fatt, kif ġie enfasizzat f’Bolagsupplysningen u Ilsjan, ir-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali fi kwistjonijiet li jirrigwardaw tort, delitt jew kważi-delitt stabbilita fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma kinitx maħsuba sabiex toffri lill-parti l-iktar dgħajfa protezzjoni iktar qawwija ( 61 ). Għaldaqstant, bħala prinċipju, huwa irrilevanti li l-applikazzjoni tal-approċċ Mużajk tista’ potenzjalment tpoġġi fi żvantaġġ lil wieħed mill-partijiet.

67.

Indur preżentement iktar speċifikament għat-tliet għanijiet li jridu jintlaħqu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012 li jirrigwardaw ġurisdizzjoni, jista’ jiġi nnotat fir-rigward tal-għan ta’ ċertezza legali stabbilit fil-premessa 15 tar-Regolament Nru 1215/2012, li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa ssodisfatt jekk il-konvenut jista’ jiddetermina fuq il-bażi tal-kriterju użat quddiem liema qrati huwa jista’ jiġi mħarrek. Minn din il-perspettiva, jista’ jingħad, kif enfasizzat mill-High Court of Australia (il-Qorti Għolja tal-Awstralja) f’deċiżjoni storika, Dow Jones and Company Inc vs Gutnick, li meta persuna tiddeċiedi li tippubblika kontenut fuq l-Internet li huwa “aċċessibbli” mill-Istati Membri kollha, din il-persuna tista’ tistenna li tiġi mħarrka f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri ( 62 ) Huwa, madankollu, minnu li fis-sentenza tagħha tat‑12 ta’ Mejju 2021, Vereniging van Effectenbezitters (C‑709/19, EU:C:2021:377, punt 34 et seq.), il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li tat ċerta preċedenza lill-għan ta’ ċertezza legali fuq kull kunsiderazzjoni oħra, inkluża dik li tirrigwarda l-kliem tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012. Fil-fatt, f’dik is-sentenza, li kkonċernat azzjonijiet għad-danni mġarrba minn soċji minħabba nuqqas ta’ informazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat l-argument li kumpannija tista’ tistenna li tiġi mħarrka fil-post fejn jinstabu l-kontijiet ta’ titoli tas-soċji tagħha fuq il-motiv uniku li l-kriterji li jirrigwardaw id-domiċilju u l-post tal-kontijiet tas-soċji ma jippermettux lill-kumpannija emittenti sabiex tantiċipa d-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati li quddiemhom hija tista’ tiġi mħarrka, għaliex dan ikun kontra l-għan, imsemmi fil-premessa 16 tar-Regolament Nru 1215/2012, li tiġi evitata l-possibbiltà – sabiex jiġi żgurat il-prinċipju ta’ ċertezza legali – li l-konvenut jista’ jiġi mħarrek quddiem qorti ta’ Stat Membru li ma setax raġonevolment jipprevedi.

68.

Għall-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan ta’ prevedibbiltà jeħtieġ li, fil-każ ta’ kumpannija kkwotata fuq il-Borża, bħal dik inkwistjoni f’dik il-kawża, il-qrati biss tal-Istati Membri li fihom il-kumpannija kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ żvelar statutorju għall-finijiet tal-elenku tagħha fuq il-Borża jistgħu jiġu stabbiliti li għandhom ġurisdizzjoni fir-rigward tat-twettiq tad-dannu. Għaldaqstant, huwa biss f’dawn l-Istati Membri li tali kumpannija tista’ raġonevolment tipprevedi l-eżistenza ta’ suq ta’ investiment u t-tiġrib tar-responsabbiltà tagħha.

69.

Madankollu, din is-soluzzjoni ma tidhirlix li indirettament tikkontesta l-approċċ Mużajk. Jekk, minn naħa, huwa possibbli li jitqies, anki jekk b’mod approssimattiv biss ( 63 ), li s-suq tal-investiment ta’ kumpannija elenkata jinstab fil-post tal-elenku tagħha, is-“suq” ġeografiku għal opinjoni ser ikun iddeterminat mill-aċċessibbiltà ta’ din l-opinjoni. Min-naħa l-oħra, wieħed jista’ jinnota li s-soluzzjoni milħuqa f’Vereniging van Effectenbezitters, flimkien mal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post tal-emittenza tal-ishma, li toħroġ mill-ġurisdizzjoni tal-post ta’ residenza tal-konvenut prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1215/2012, iwasslu sabiex tingħata ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istati Membri li l-liġi tagħhom ser tkun, prinċipalment, dik li ser tkun applikabbli għat-tilwima. F’dan is-sens, din is-soluzzjoni hija konsistenti mal-għan ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fil-premessa 16 tar-Regolament Nru 1215/2012. B’kuntrast, madankollu, fi kwistjonijiet ta’ malafama, il-liġi applikabbli hija probabbli li tkun dik tal-Istati Membri varji li fihom il-messaġġ ser ikun aċċessibbli. Fl-opinjoni tiegħi, din hija differenza kruċjali għaliex jekk l-approċċ Mużajk kellu jiġu abbandunat f’każijiet ta’ malafama, ir-rikorrent jista’ jkun imċaħħad mill-possibbiltà li jressaq azzjoni quddiem il-qrati tal-Istati Membri li fihom il-messaġġ inkwistjoni kien aċċessibbli u, għalhekk, quddiem il-qrati li jinstabu fl-aħjar post sabiex japplikaw il-liġijiet rilevanti differenti u sabiex jagħmlu l-evalwazzjonijiet fattwali kollha neċessarji.

70.

Fi kwalunkwe każ, l-approċċ Mużajk ma jidhirx probabbli li jwassal għal riżultat li huwa inqas prevedibbli minn dak li jirriżulta, pereżempju, mill-applikazzjoni tal-kriterju taċ-ċentru tal-interessi tal-vittma ( 64 ). Ċertament, sa fejn operaturi li ma humiex ekonomiċi huma kkonċernati, tali kriterju jista’ jidher li jista’ jiġi applikat b’mod sempliċi għaliex jikkorrispondi ftit jew wisq għall-post fejn il-vittma għandha ċ-ċentru tal-ħajja u l-attività soċjali tagħha. Madankollu, dan il-kriterju jidher ħafna iktar kompless sabiex japplika fil-każ ta’ operaturi ekonomiċi għaliex jeżistu fehmiet differenti dwar x’jikkostitwixxu l-“interessi” ta’ kumpannija ( 65 ), kif jidher mid-differenza fl-approċċ bejn supremazija tas-soċji u teoriji ta’ parti interessata ( 66 ).

71.

Sabiex tingħeleb din is-sitwazzjoni, il-loġika tiddetta li l-kunċett ta’ “ċentru ta’ interessi”, għal persuna ġuridika, jikkorrispondi għall-post ta’ inkorporazzjoni tagħha, minħabba b’mod partikolari, li minn naħa, il-malafama hija attakk fuq l-unur, id-dinjità u l-isem tajjeb ta’ persuna (u mhux tal-prodotti tagħha) u, min-naħa l-oħra huwa fil-kontijiet finanzjarji tagħha li l-effetti ta’ kwalunkwe dannu lir-reputazzjoni tagħha ser jimmaterjalizzaw ( 67 ). Tali regola għalhekk kienet tagħmilha possibbli, skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, għall-awtur ta’ kwalunkwe pubblikazzjoni li tikkonċerna lil dik il-persuna ġuridika sabiex jipprevedi r-riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan il-fattur li jorbot, sa fejn l-indikazzjoni tal-post ta’ residenza ta’ operatur ekonomiku hija faċli li tinstab, minħabba li l-indikazzjoni tagħha hija magħmula obbligatorja minn strumenti varji tad-dritt tal-Unjoni.

72.

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat minflok li, “[g]ħalkemm iċ-ċentru tal-interessi ta’ persuna ġuridika jista’ jikkoinċidi mal-post tas-sede tagħha meta teżerċita, fl-Istat Membru fejn tinsab is-sede tagħha, l-attivitajiet kollha jew il-parti essenzjali ta’ dawn l-attivitajiet u r-reputazzjoni li tgawdi minnha hija, konsegwentement, iktar wiesgħa milli fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, il-post tal-imsemmija sede ma huwiex madankollu, fih innifsu, kriterju deċiżiv fil-kuntest ta’ tali analiżi” ( 68 ). Dak li huwa rilevanti huwa l-post fejn “[titwettaq] parti kbira tal-attività ekonomika tal-persuna ġuridika kkonċernata” ( 69 ).

73.

Il-kunċett ta’ attività ekonomika għal korporazzjoni huwa, ovvjament, xi ftit ambigwu. Jista’ jinftiehem minn tal-inqas b’żewġ modi, jiġifieri, minn perspettiva kummerċjali, bħala li jindika l-post fejn operatur ekonomiku jwettaq il-maġġoranza tal-bejgħ tiegħu (mingħajr ma wieħed lanqas jidħol fid-dibattitu dwar jekk qligħ jew dħul minn bejgħ ikunux l-indikaturi rilevanti f’dan ir-rigward, għaliex, b’mod partikolari, għal kumpannija li teżegwixxi proġetti kbar madwar id-dinja, dawn jistgħu jinbidlu fuq bażi regolari) ( 70 ) jew, minn perspettiva iktar industrijali, li jirreferi għall-post fejn ir-riżorsi neċessarji finanzjarji, umani u tekniċi għall-entità legali sabiex twettaq l-attività tagħha huma kkombinati u użati sabiex tipproduċi l-prodotti jew is-servizzi mibjugħa ( 71 ). Fil-fatt, reputazzjoni hija probabbli li jkollha impatt fuq ir-relazzjonijiet li operatur ekonomiku jista’ jkollu, mhux biss mal-klijenti tiegħu iżda mal-partijiet interessati tiegħu kollha (soċji, kredituri, fornituri, impjegati, eċċ). Pereżempju, reputazzjoni jista’ jkollha impatt dirett fuq l-abbiltà ta’ kumpannija li tirċievi fondi fis-swieq finanzjarji ( 72 ), jew sabiex takkwista provvisti.

74.

L-implimentazzjoni ta’ tali kriterju neċessarjament hija affaċċjata b’diffikultajiet prattiċi oħrajn. Fil-fatt, indipendentement minn kif għandu jinftiehem il-kunċett ta’ attività ekonomika, l-informazzjoni meħtieġa mill-konvenut sabiex jiddetermina liema qorti ser ikollha ġurisdizzjoni fuq din il-bażi hija probabbli ħafna li tkun koperta, għal individwi, bir-Regolament 2016/679 ( 73 ) u, għal kumpanniji, sa ċertu punt, bil-kunfidenzjalità tan-negozju ( 74 ). Fil-prattika, għalhekk, wieħed jista’ jistaqsi jekk hux ser ikun diffiċli għall-konvenut sabiex jipprevedi liema qrati ser ikollhom ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-kriterju taċ-ċentru ta’ interessi minn tal-inqas daqs il-bażi tal-prinċipju Mużajk.

75.

Jekk wieħed issa jirritorna għall-għan li titnaqqas il-possibbiltà ta’ proċedimenti simultanji (sabiex tiġi żgurata konnessjoni mill-qrib bejn dawn il-qrati u t-tilwima jew sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja), sa issa l-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tidher li kienet li l-applikazzjoni ta’ kriterju li jista’ jirriżulta f’varjetà ta’ qrati fi Stati Membri differenti li jkollhom ġurisdizzjoni fil-kawżi ta’ dan it-tip ma hijiex problema sakemm il-kriterju użat jagħti ġurisdizzjoni lil qrati li huma probabbli li jkunu f’pożizzjoni aħjar sabiex jevalwaw id-dannu li twettaq. Fil-fatt, tali pożizzjoni tikseb l-għan tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja indikata fil-premessa 16 tar-Regolament Nru 1215/2012 billi tiġġustifika deroga mill-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post ta’ residenza tal-konvenut ( 75 ).

76.

Wieħed jista’ jinnota, pereżempju, li fil-punt 43 tas-sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Pinckney (C‑170/12, EU:C:2013:635), wara li għamlet riferiment għall-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qrati tal-Istati Membri varji li fihom huwa probabbli li l-allegat dannu twettaq jew ser jitwettaq għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq azzjonijiet għall-kumpens għall-allegat ksur ta’ drittijiet tal-awtur, sakemm l-Istat Membru li fih tinstab il-qorti jipproteġi l-materjal kopert bid-drittijiet tal-awtur invokat mir-rikorrent ( 76 ).

77.

B’mod simili, fil-punti 33 u 34 tas-sentenza tagħha tad‑29 ta’ Lulju 2019, Tibor‑Trans (C‑451/18, EU:C:2019:635), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-qrati tal-Istati Membri varji li fit-territorju tagħhom jinstab is-suq affettwat mill-ksur, u li fih il-vittma qiegħda tallega li ġarrbet id-dannu, għandhom jitqiesu kompetenti sabiex jiddeċiedu fuq azzjonijiet għad-danni kkawżati minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE. Hija sussegwentement żiedet li “[d]in is-soluzzjoni fil-fatt tissodisfa l-għanijiet ta’ prossimità u ta’ prevedibbiltà tar-regoli tal-ġurisdizzjoni, sa fejn, minn naħa, il-qrati tal-Istat Membru li fih jinsab is-suq affettwat huma fl-aħjar pożizzjoni biex jeżaminaw tali kawżi għad-danni u, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku li jwettaq aġir antikompetittiv jista’ raġonevolment jistenna li jitressaq quddiem il-qrati tal-post fejn l-aġir tiegħu jkun wettaq distorsjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni b’saħħitha”.

78.

Finalment, fil-punti 56 u 57 tas-sentenza tagħha tal‑5 ta’ Settembru 2019, AMS Neve et (C‑172/18, EU:C:2019:674), il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel iddeċidiet li l-qrati tal-Istati Membri varji li fit-territorju tagħhom konsumaturi jew professjonisti mmirati mir-reklami jew offerti għall-bejgħ jinstabu għandhom jitqiesu li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq azzjonijiet ta’ ksur, qabel ma speċifikat li din is-soluzzjoni hija “kkorroborata” mill-fatt li dawn il-qrati huma partikolarment adattati sabiex jagħtu deċiżjoni għar-raġuni ta’ prossimità u faċilità sabiex jinġabru l-provi.

79.

F’dan il-kuntest, mhux biss ma iniex konvint li l-approċċ Mużajk huwa kontra l-għanijiet tar-Regolament Nru 1215/2012, iżda jiena daqs tant ieħor ma iniex konvint li l-użu ta’ wieħed mill-fatturi li jorbtu l-oħra li jiġġustifikaw “regola ta’ ġurisdizzjoni waħda” (bħall-post ta’ residenza tal-konvenut, il-post tat-twettiq tal-avveniment kawżali jew iċ-ċentru ta’ interessi) ser iwasslu għall-għażla ta’ qrati li huma neċessarjament f’pożizzjoni aħjar sabiex jevalwaw in-natura malafamanti jew mhux malafamanti ta’ kontenut, kif ukoll id-dimensjoni ta’ dan id-dannu riżultanti.

80.

Ovvjament, ser ikun hemm numru ta’ kawżi fejn in-natura malafamanti ta’ kontenut diffiċilment ser tkun dubjuża. Madankollu, dan ma għandux jaħbi l-fatt li n-natura malafamanti ta’ kontenut tista’ tinftiehem b’mod differenti bejn Stat Membru u ieħor. Jekk wieħed jieħu l-eżempju ta’ artiklu li jallega b’mod falz ċerti prassi kummerċjali jew fiskali abbużivi ta’ kumpannija partikolari, il-messaġġ mogħti minn din il-pubblikazzjoni jista’ jinftiehem b’mod differenti u, għaldaqstant, jista’ jkollu impatt differenti fi Stat Membru wieħed meta mqabbel ma’ ieħor ( 77 ).

81.

B’żieda ma’ din il-problema klassika ta’ diskussjoni interkulturali (li tispjega, pereżempju, għalfejn kumpanniji jiżviluppaw strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni differenti minn Stat Membru wieħed għal ieħor), in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar il-malafama għandha t-tendenza li tiġġustifika l-manteniment tal-prinċipju Mużajk. Huwa minnu li l-Istati Membri kollha ppromulgaw liġijiet kontra l-malafama, iżda l-kontenut ta’ dawn il-liġijiet, il-mod ta’ applikazzjoni tagħhom u, mhux l-inqas, il-mod li bih id-danni huma kkwantifikati, jistgħu jvarjaw b’mod sinjifikattiv minn Stat Membru għal ieħor, u ħafna drabi jirriflettu diverġenzi fondi fil-kultura legali applikabbli ( 78 ).

82.

Konsegwentement, kif tindika l-Kummissjoni, rikorrent jista’ jkollu interess leġittimu sabiex iressaq kawża quddiem qorti oħra differenti minn dik taċ-ċentru tal-interessi tiegħu, anki jekk dan jillimita l-ammont ta’ kumpens li huwa jista’ jikseb. Minn naħa, minħabba li ksur ta’ privatezza u ta’ drittijiet li jirrigwardaw il-personalità huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 864/2007, il-liġi applikabbli ser tiġi ddeterminata skont ir-regoli ta’ dritt internazzjonali privat applikabbli fl-Istat Membru ta’ kull qorti kompetenti, li jistgħu jvarjaw b’mod sostanzjali ( 79 ). Min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku jista’ jippreferi li jressaq proċeduri quddiem il-qrati tal-Istati Membri li fihom huwa qiegħed jipprova jiżviluppa l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu milli dawk tal-Istat Membru fejn huwa diġà jgawdi minn reputazzjoni solida, preċiżament għaliex ir-reputazzjoni tiegħu diġà tipproteġih kontra l-aħrax atti ta’ malafama jew għaliex huwa jista’ jittama li jieħu vantaġġ minn sentenza fuq dak is-suq fuq il-ftehim li d-deċiżjoni mogħtija minn qorti lokali rċeviet fuq kollox l-ikbar kopertura mill-mezzi tax-xandir f’dak l-Istat Membru milli deċiżjoni mogħtija mill-qrati tal-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi tiegħu ( 80 ).

83.

Li jitqies, kif l-avversarji tal-approċċ Mużajk jidhru li qegħdin jagħmlu, li jkun ippreferut li jiġu kkonċentrati t-talbiet kollha għad-danni f’qorti waħda, għandu t-tendenza li ma jikkalkolax ir-realtà li la l-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-malafama, u lanqas ir-regoli sabiex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli, ma huma preżentement armonizzati.

84.

Fil-fatt, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni f’dawn l-oqsma, il-qrati li jgawdu minn ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jiddeċiedu fuq id-dannu kollu kemm hu ser ikollhom japplikaw il-liġi ta’ kull Stat Membru li fih id-dannu allegat huwa probabbli li seħħ sabiex jiddeċiedu fuq kull talba għal kumpens. Dan jimplika li, bħala prinċipju, huma ser ikollhom jieħdu inkunsiderazzjoni għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, il-liġi applikabbli, ir-reputazzjoni li tgawdi minnha l-vittma f’dan l-istess territorju kif ukoll il-perċezzjoni tal-messaġġ mill-pubbliku ta’ dawn l-Istati ( 81 ).

85.

F’dan il-kuntest, wieħed jista’ jikkunsidra verament li qorti waħda unika fi Stat Membru wieħed identifikat (jew identifikabbli) b’ġurisdizzjoni sħiħa tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex tagħmel tali evalwazzjoni ( 82 )? Ma għandux aħjar jitqies li l-eżistenza ta’ pluralità ta’ fora kompetenti hija l-konsegwenza inevitabbli tad-dritt li jgawdu minnu r-rikorrenti, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, li jkollhom it-tilwima tagħhom deċiża mill-qrati li huma, minħabba li huma l-iktar viċin tat-territorju ta’ kull wieħed mill-Istati Membri, l-aħjar sabiex jagħmlu l-evalwazzjonijiet fattwali kollha, flimkien mal-fatt li l-liġijiet ta’ malafama ta’ kull Stat Membru huma differenti u sensittivi mil-lat kulturali għat-tradizzjonijiet legali separati ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati ( 83 )?

86.

Ovvjament, l-għan ta’ prevedibbiltà għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll, iżda fil-fehma tiegħi huwa preċiżament wara li sar ibbilanċjar ta’ dan l-għan mal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li l-Qorti tal-Ġustizzja waslet sabiex tilqa’ l-approċċ Mużajk ( 84 ).

87.

Finalment, qabel ma jiġi abbandunat l-approċċ Mużajk, ikun neċessarju fi kwalunkwe każ li jiġi żgurat li ma hemm l-ebda soluzzjoni oħra li hija inqas wiesgħa minn tali tibdil sħiħ tal-ġurisprudenza. F’dan ir-rigward, jista’ fil-fatt jidher inqas radikali sempliċement li jiġi kkombinat l-approċċ Mużajk ma’ dak li jista’ jingħata l-isem ta’ “kriterju tal-punt fokali”, kif previst mid-dritt tal-Unjoni f’ċerti oqsma ( 85 ).

88.

Skont dan il-kriterju, sabiex il-qrati ta’ Stat Membru jkollhom ġurisdizzjoni, il-kontenut inkwistjoni ma għandux sempliċement ikun aċċessibbli permezz tal-Internet, iżda l-pubblikazzjoni kellha tkun ukoll speċifikament immirata lejn it-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk dan il-kriterju kellu jiġi applikat, huwa jgħin sabiex jiġi żgurat li jkunu biss il-qrati ta’ dawk l-Istati Membri li l-pubblikazzjoni kienet immirata partikolarment lejhom li jkunu intitolati sabiex jassumu l-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012. Dan ikun jagħmilha possibbli, skont l-għanijiet imfittxija minn din id-dispożizzjoni li jitnaqqas in-numru ta’ qrati kompetenti u li tiġi żgurata ċerta ċertezza legali, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li hemm rabta mill-qrib bejn il-qrati u t-tilwima u għalhekk tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

89.

Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat b’mod ġenerali l-applikazzjoni tal-kriterju tal-punt fokali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) fuq il-motiv li, għall-kuntrarju tal-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament Nru 44/2001 (preżentement l-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament Nru 1215/2012), l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 (preżentement l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012) ma jeħtieġx li l-attività inkwistjoni tkun “immirata” lejn l-Istat Membru tal-qorti adita ( 86 ).

90.

Madankollu, wieħed jista’ jinnota, l-ewwel, li l-fatt li l-Artikolu 7(2) ta’ Regolament Nru 1215/2012 ma jipprevedix għall-applikazzjoni ta’ tali kundizzjoni ma jfissirx li din iċ-ċirkustanza ma tistax tkun rilevanti, f’ċerti ċirkustanzi partikolari, sabiex jiġi ddeterminat il-post fejn twettaq id-dannu. Jista’ jiġi nnotat, pereżempju, li fil-punt 42 ta’ Bolagsupplysningen u Ilsjan, il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għall-fatt li s-sit internet inkwistjoni kien intiż sabiex jinftiehem mir-residenti ta’ Stat Membru partikolari, li jissuġġerixxi li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, tal-inqas fi kwistjonijiet ta’ malafama, l-iffokar fuq is-swieq ta’ Stati Membri speċifiċi għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni.

91.

It-tieni, sa fejn ksur tat-trade mark huwa kkonċernat, l-Artikolu 97(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 ( 87 ) – li jistabbilixxi regola ġurisdizzjonali li tidderoga għall-ksur tat-trade mark – ma fihx xi riferiment għal kundizzjoni li tkun teħtieġ li sabiex il-qrati ta’ Stat Membru jkollhom ġurisdizzjoni, is-sit internet inkwistjoni kellu jkun intiż li jimmira l-attivitajiet tiegħu lejn dan l-Istat Membru. Minkejja dan, għall-finijiet ta’ stabbiliment ta’ ġurisdizzjoni f’tali kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement qieset espressament il-fatt li l-kontenut onlajn inkwistjoni – reklamar u offerti ta’ bejgħ – ma kienx biss aċċessibbli, iżda wkoll intiż, għal konsumaturi f’ċerti Stati Membri ( 88 ).

92.

It-tielet, fir-rigward tax-xandir ta’ programmi tat-televixin, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“QEDB”) ikkonstatat, wara li eżaminat il-kontenut tar-Regolament Nru 44/2001, li l-Isvezja kienet kisret l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali fuq il-motivi, sostanzjalment, li ladarba programm televiżiv, għalkemm aċċessibbli barra mill-Isvezja, kien prodott għall-pubbliku Svediż, dak l-Istat kellu jipprovdi lil persuna li allegat li kienet immalafamata minn dan il-programm b’aċċess effettiv għall-qrati tiegħu ( 89 ). Jidher għalhekk li għall-QEDB, l-Istati għandhom jipprovdu l-possibbiltà għal persuni mmalafamati sabiex iressqu azzjoni quddiem il-qrati tagħhom fuq il-kundizzjoni waħdanija li l-messaġġ huwa mmirat lejn ir-residenti tagħhom.

93.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti iktar ’il fuq, wieħed jista’ għalhekk jikkunsidra li l-użu tal-kriterju tal-punt fokali jkun jikkostitwixxi possibbilment bidla inqas radikali fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja milli sempliċement jitwaqqa’ jew inkella jiġi abbandunat l-approċċ Mużajk. Ikollu wkoll il-mertu li jevita l-preżunzjoni ta’ ġurisdizzjoni mill-qrati ta’ Stat Membru ieħor fejn kien hemm sempliċement konnessjoni negliġibbli bejn il-pubblikazzjoni fuq l-Internet inkwistjoni u kwalunkwe dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent bħala riżultat jew fejn ir-rikorrent b’mod opportunist ifittex li jieħu vantaġġ mill-fatt tekniku ta’ pubblikazzjoni permezz tal-Internet sabiex jiżgura post iktar favorevoli għall-proċeduri tiegħu. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ tali kriterju, li ma hijiex eskluża espressament mill-kliem tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012, tista’ wkoll twassal għal ibbilanċjar aħjar tal-għan ta’ prossimità u ta’ dak li jitnaqqas in-numru ta’ qrati kompetenti ( 90 ).

94.

Meta jitqies kollox, għalhekk, għandu jiġi rrikonoxxut li t-tfittxija għal soluzzjoni perfetta fil-każ ta’ malafama tranżnazzjonali hija waħda frivola. L-esperjenza wriet li dan huwa minnu. Hemm diffikultajiet kemm bl-approċċ Mużajk kif ukoll bl-approċċ ta’ “ġurisdizzjoni waħda”. Iżda mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Shevill fl‑1991 il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet, b’mod ġenerali, l-approċċ Mużajk. Ma jistax, naħseb, jingħad li dan l-approċċ huwa tant ovvjament ħażin jew mhux sodisfaċenti li l-ġurisprudenza bbażata fuq dan l-approċċ għandha preżentement tinbidel jew inkella titwarrab.

95.

Fi kwalunkwe każ, jiena nikkunsidra li din il-kawża ma hijiex dik ġusta għall-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tieħu pożizzjoni dwar jekk l-approċċ Mużajk għandux jinżamm, jiġi raffinat jew saħansitra jiġi abbandunat. Fil-fatt, fil-kawża prinċipali, ir-rikorrent ma huwiex qiegħed jallega li l-kontenut inkwistjoni jikkostitwixxi atti ta’ malafama, iżda li dawn minflok jiksru d-dritt Franċiż li jirrigwarda atti ta’ dénigrement, li hija forma ta’ falsità malizzjuża ( 91 ). Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju ma tidhirx li għandha dubji dwar din il-klassifikazzjoni ( 92 ).

96.

Skont id-dritt Franċiż, kummenti dispreġattivi ma jaqgħux fil-portata tal-ksur ta’ drittijiet li jirrelataw mal-personalità, iżda minflok jappartjenu għar-regoli ta’ kompetizzjoni żleali ( 93 ). B’mod partikolari, skont id-dritt Franċiż, kummenti dispreġattivi huma differenti minn malafama minħabba li din tal-aħħar teħtieġ li l-kritika tkun ta’ tali natura li tagħmel ħsara lill-unur, lid-dinjità jew lill-isem tajjeb ta’ persuna fiżika jew ġuridika filwaqt li kummenti dispreġattivi jikkonsistu fi tmaqdir fil-pubbliku tal-prodotti ta’ operatur ekonomiku, indipendentement minn jekk humiex f’kompetizzjoni, bil-ħsieb li jiġu influwenzati l-mudelli ta’ xiri tal-klijenti ( 94 ).

97.

Ċertament, dawn il-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt Franċiż ma għandhom l-ebda influwenza minnhom innifishom fuq il-mod li bih l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat. Madankollu, l-għażla tar-rikorrent sabiex jinvoka din il-kwalifika milli l-att tal-malafama jimplika, b’mod impliċitu imma neċessarjament, li d-dannu invokat huwa strettament ta’ natura ekonomika ( 95 ).

98.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet ekonomiċi mogħtija mil-liġijiet tal-Istati Membri differenti, il-qrati ta’ dawn l-Istati Membri għandhom ġurisdizzjoni sabiex jittrattaw id-dannu kkawżat fuq it-territorju tal-Istati Membri tagħhom sa fejn dawn il-qrati jinstabu fl-aħjar post sabiex jevalwaw jekk dawn id-drittijiet effettivament ġewx miksura u sabiex jiddeterminaw in-natura tad-dannu ( 96 ).

99.

B’mod partikolari, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, azzjoni li tirrigwarda ksur tal-liġi dwar kompetizzjoni żleali tista’ titressaq quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru fejn dan l-att ikkawża jew jista’ jikkawża dannu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita ( 97 ). Iktar preċiżament, fejn is-suq affettwat mill-aġir antikompetittiv huwa fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu d-dannu allegat deher li seħħ, dan l-Istat Membru għandu jitqies bħala l-post fejn seħħ id-dannu għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 ( 98 ).

100.

Sa fejn, fil-każ ta’ att ta’ dispreġament, is-swieq probabbilment li jkunu affettwati huma dawk fejn, minn naħa, is-servizzi suġġetti għal kummenti dispreġattivi huma kkummerċjalizzati u, min-naħa l-oħra, il-messaġġ dispreġattiv kien aċċessibbli, jiena nikkunsidra li, fil-kawża prinċipali, il-qrati Franċiżi għandhom jitqiesu li għandhom ġurisdizzjoni jekk Gtflix Tv effettivament għandu numru sinjifikattiv ta’ klijenti residenti fi Franza u jekk il-messaġġi inkwistjoni kienu ppubblikati bil-Franċiż jew bl-Ingliż, sa fejn in-numru ta’ persuni li jifhmu dawn il-lingwi f’dan l-Istat Membru ma jistax jitqies li huwa insinjifikattiv ( 99 )

101.

Din is-soluzzjoni hija konsistenti mal-għanijiet ta’ prossimità u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja mfittxija mir-Regolament Nru 1215/2012, indikati fil-premessa 16 tiegħu. Fil-fatt, il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012, jiġifieri, fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qrati tal-post ta’ residenza ta’ kull klijent li huwa probabbli li aċċessa u fehem il-pubblikazzjonijiet inkwistjoni, għandhom jitqiesu l-iktar adattati sabiex jevalwaw jekk l-att dispreġattiv effettivament kellux l-effett li jbiddel l-aġir tagħhom ( 100 ). Huwa wkoll konsistenti mar-rekwiżit ta’ prevedibbiltà minħabba li kull impriża għandha tistenna, billi tirreferi għal kompetitur f’kontenut pubbliku, li tkun tista’ tiġi mħarrka quddiem il-qrati tal-Istati Membri varji li fihom dan il-kontenut huwa jew kien aċċessibbli u fejn dan il-kompetitur kellu l-klijenti.

102.

Fl-aħħar, u fuq kollox, din is-soluzzjoni hija kkorroborata mir-rekwiżit ta’ konsistenza bejn l-interpretazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni u tal-istrumenti li jirrigwardaw il-liġi applikabbli stabbilit fil-premessa 7 tar-Regolament Ruma II ( 101 ). Preċiżament, filwaqt li r-regoli tal-kunflitt ta’ liġijiet applikabbli għall-malafama ma humiex armonizzati, ir-Regolament Ruma II madankollu jgħaqqad ir-regoli dwar kunflitt ta’ liġijiet li jirrigwardaw kompetizzjoni żleali ( 102 ).

103.

Fil-każ ta’ atti ta’ kompetizzjoni żleali li jaffettwaw l-interessi ta’ kompetitur partikolari, bħal fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Ruma II jipprevedi l-applikazzjoni ta’ regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 4 tar-regolament ( 103 ), jiġifieri, il-liġi tal-pajjiż li fih iseħħ id-dannu ( 104 ).

104.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti iktar ’il fuq, jiena nikkunsidra li l-qrati Franċiżi ser ikollhom ġurisdizzjoni jekk jiġi stabbilit li Gtflix Tv għandha numru sinjifikattiv ta’ klijenti fi Franza li probabbilment għandhom l-aċċess u jifhmu l-pubblikazzjoni jew il-pubblikazzjonijiet inkwistjoni. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti hija kwistjoni għall-qorti nazzjonali.

V. Konklużjoni

105.

Peress li talba għar-rettifika ta’ data u t-tħassir ta’ ċertu kontenut tista’ tiġi ppreżentata biss quddiem il-qrati tal-post ta’ residenza tal-konvenut, jew quddiem dawk tal-post tal-avveniment kawżali, jew quddiem dawk fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi tar-rikorrent, jiena nipproponi li r-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun kif ġej:

L-Artikolu 7(2) ta’ Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li rikorrent li jinvoka att ta’ kompetizzjoni żleali li jikkonsisti fit-tixrid ta’ kummenti dispreġattivi fuq l-Internet u li jfittex kemm ir-rettifika tad-data u t-tħassir ta’ ċertu kontenut, kif ukoll kumpens għad-dannu mhux materjali u ekonomiku li jirriżultaw minnu, jista’ jippreżenta azzjoni jew talba quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu huwa jew kien aċċessibbli kontenut ippubblikat onlajn, għal kumpens biss għad-dannu kkawżat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, sabiex dawk il-qrati jkollhom il-ġurisdizzjoni rekwiżita, huwa neċessarju li r-rikorrent jista’ juri li huwa għandu numru sinjifikattiv ta’ konsumaturi f’dik il-ġurisdizzjoni li x’aktarx għandhom aċċess għal, u fehmu, il-pubblikazzjoni inkwistjoni.


( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.

( 2 ) Il-Konvenzjoni ta’ Brussell tas‑27 ta’ Settembru 1968 dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32).

( 3 ) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1)

( 4 ) Sentenza tas‑7 ta’ Marzu 1995, Shevill et (C‑68/93, EU:C:1995:61).

( 5 ) ĠU 2007, L 199, p. 40.

( 6 ) ĠU 2001, L 12, p. 1.

( 7 ) Cass. com., 24 ta’ Settembru 2013, Nru 12‑19.790. Ara wkoll cass. com., 18 ta’ Ottubru 2016, Nru 15‑10.384; cass. com., 15 ta’ Jannar 2020, Nru 17‑27.778; u cass. com., 4 ta’ Marzu 2020, Nru 18‑15.651.

( 8 ) Ara, għal eżempju f’kawżi tal-Unjoni, id-digriet tat‑12 ta’ Ġunju 2012, Strack vs Il‑Kummissjoni (T‑65/12 P, EU:T:2012:285).

( 9 ) Din l-għażla hija ppreferuta mir-rikorrenti għaliex huma jistgħu jibżgħu, tajjeb jew ħażin, mill-eżistenza ta’ polarizzazzjoni protezzjonista min-naħa tal-qrati tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konvenut jew ikunu jixtiequ li jevitaw xi spiża addizzjonali possibbli relatata mal-ġestjoni remota tal-kawża.

( 10 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tal‑25 ta’ Ottubru 2011, eDate Advertising et (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, punt 39); tal‑25 ta’ Ottubru 2012, Folien Fischer u Fofitec (C‑133/11, EU:C:2012:664, punti 3132); tat‑13 ta’ Marzu 2014, Brogsitter (C‑548/12, EU:C:2014:148, punt 19); u tad‑9 ta’ Lulju 2020, Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:534, punt 22).

( 11 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tal‑1 ta’ Ottubru 2002, Henkel (C‑167/00, EU:C:2002:555, punt 46); tas‑16 ta’ Mejju 2013, Melzer (C‑228/11, EU:C:2013:305, punt 26); tat‑3 ta’ April 2014, Hi Hotel HCF (C‑387/12, EU:C:2014:215, punt 28); tal‑21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide (C‑352/13, EU:C:2015:335, punt 39); u tas‑17 ta’ Ġunju 2021, Mittelbayerischer Verlag (C‑800/19, EU:C:2021:489, punt 27).

( 12 ) Ara, għal dan l-għan, pereżempju, is-sentenza tas‑16 ta’ Mejju 2013, Melzer (C‑228/11, EU:C:2013:305, punt 27).

( 13 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tas‑27 ta’ Settembru 1988, Kalfelis (189/87, EU:C:1988:459, punt 19), jew tal‑15 ta’ Jannar 2004, Blijdenstein (C‑433/01, EU:C:2004:21, punt 25); is-sentenza tas‑16 ta’ Mejju 2013, Melzer (C‑228/11, EU:C:2013:305, punt 24); u tat‑12 ta’ Settembru 2018, Löber (C‑304/17, EU:C:2018:701, punti 1718). Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, in-neċessità għal interpretazzjoni stretta tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali timplika biss li r-regoli previsti fl-Artikolu 7 ma għandhomx jiġu interpretati f’sens usa’ minn dak li jeħtieġ l-għan tagħhom. Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tas‑16 ta’ Novembru 2016, Schmidt (C‑417/15, EU:C:2016:881, punt 28), jew tal‑25 ta’ Marzu 2021, Obala i lučice (C‑307/19, EU:C:2021:236, punt 76).

( 14 ) L-avveniment kawżali huwa ddefinit bħala l-fatt li kkawża d-dannu. Ara, għal dan l-għan, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2009, Zuid‑Chemie (C‑189/08, EU:C:2009:475, punt 27).

( 15 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tad‑9 ta’ Lulju 2020, Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:534, punti 2338), jew tas‑17 ta’ Ġunju 2021, Mittelbayerischer Verlag (C‑800/19, EU:C:2021:489, punt 29). Fuq dan il-motiv, kif ser nispjega, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post taċ-ċentru tal-interessi tal-vittma, mingħajr ma ġie inkluż tali kriterju fir-Regolament Nru 1215/2012.

( 16 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tas‑16 ta’ Jannar 2014, Kainz (C‑45/13, EU:C:2014:7, punt 23), u tad‑29 ta’ Lulju 2019, Tibor-Trans (C‑451/18, EU:C:2019:635, punt 25).

( 17 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2009, Zuid‑Chemie (C‑189/08, EU:C:2009:475, punt 27).

( 18 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Pinckney (C‑170/12, EU:C:2013:635, punt 32), u tat‑22 ta’ Jannar 2015, Hejduk (C‑441/13, EU:C:2015:28, punt 29).

( 19 ) Ara s-sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2015, Kolassa (C‑375/13, EU:C:2015:37, punt 55). F’dik is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għall-kunċett ta’ “kont bankarju” mingħajr kjarifika ulterjuri. Madankollu, għandu jitfakkar li l-kliem “kont bankarju” huwa ġeneriku. Minħabba li f’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tuża dan il-kliem fis-singular, jista’ jiġi dedott li l-intenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet li tirreferi għal tip speċifiku ta’ kont. Minħabba n-natura partikolari tal-prodotti finanzjarji inkwistjoni, jidher li dan il-kont speċifiku huwa, b’mod impliċitu, iżda neċessarjament, il-kont ta’ titolu li fih iċ-ċertifikati ġew iddepożitati, minħabba li huwa f’dan il-kont li d-deprezzament fil-valur taċ-ċertifikati kien imniżżel u, għalhekk, id-dannu mġarrab mir-rikorrent immaterjalizza ruħu.

( 20 ) Sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2021, Vereniging van Effectenbezitters (C‑709/19, EU:C:2021:377, punt 37).

( 21 ) Sentenza tas‑7 ta’ Marzu 1995, Shevill et (C‑68/93, EU:C:1995:61, punt 33). Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-post tal-avveniment kawżali fil-każ ta’ libell minn artikolu ta’ gazzetta mqassma fi Stati Kontraenti diversi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-post huwa l-post fejn il-pubblikatur tal-gazzetta inkwistjoni huwa stabbilit, minħabba li dan huwa l-post fejn l-avveniment dannuż oriġina u minn fejn il-libell inħareġ u tqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni. Ibid. punt 24.

( 22 ) Laazouzi, M., “L’extension du for européen aux personnes morales victimes d’atteintes aux droits de la personnalité sur Internet”, JCP G, Nru 49, 4 ta’ Diċembru 2017, p. 2225.

( 23 ) Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2011, eDate Advertising et (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, punti 4546).

( 24 ) Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2011, eDate Advertising et (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, punt 48). Il-Qorti tal-Ġustizzja sussegwentement iġġustifikat din is-soluzzjoni permezz tal-fatt li l-kunċett taċ-“ċentru tal-interessi tal-persuna kkonċernata” jirrifletti l-post fejn, bħala prinċipju, id-dannu kkawżat minn kontenut onlajn jimmaterjalizza ruħu bl-iktar mod sinjifikattiv. Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 33). Din is-soluzzjoni ġiet reċentement ikkonfermata fis-sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 2021, Mittelbayerischer Verlag (C‑800/19, EU:C:2021:489, punt 31). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-frażi “post fejn l-avveniment dannuż ikun twettaq” ma tirreferix għall-post fejn ir-rikorrent huwa ddomiċiljat jew fejn “il-beni tiegħu huma ċentralizzati” minħabba r-raġuni waħdanija li huwa ġarrab dannu finanzjarju hemmhekk li rriżulta mit-telf ta’ partijiet mill-beni tiegħu li sar u kien imġarrab fi Stat Kontraenti ieħor. Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tal‑10 ta’ Ġunju 2004, Kronhofer (C‑168/02, EU:C:2004:364, punt 21), u tas‑16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C‑12/15, EU:C:2016:449, punt 35). Essenzjalment, ir-ratio legis għal din il-linja ta’ ġurisprudenza tidher li hija li l-post fejn twettaq l-avveniment dannuż ma jistax jiġi preżunt: għaldaqstant “tali attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni hija ġġustifikata sa fejn id-domiċilju tar-rikorrent ikun effettivament jikkostitwixxi l-post tal-avveniment kawżali jew dak tal-materjalizzazzjoni tad-dannu”. Sentenzi tat-12 ta’ Settembru 2018, Löber (C‑304/17, EU:C:2018:701, punt 25, enfasi miżjuda), u tat‑12 ta’ Mejju 2021, Vereniging van Effectenbezitters (C‑709/19, EU:C:2021:377, punt 29). Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, minn naħa, f’każijiet ta’ malafama, ir-rikorrent ma jsofrix minn dannu finanzjarju biss, iżda wkoll u fuq kollox minn dannu moral. Min-naħa l-oħra, f’Bolagsupplysningen u Ilsjan, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għamlitx iċ-ċentru tal-interessi fattur ta’ konnessjoni li jkun japplika fiċ-ċirkustanzi kollha. Fil-fatt, sabiex tasal għall-konklużjoni li “il-kriterju taċ-‘ċentru tal-interessi tal-vittma’ ifisser il-post fejn, fil-prinċipju, id-dannu kkawżat minn kontenut online jimmaterjalizza ruħu, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012, bl-iktar mod sinjifikanti”, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq il-premessa li kwalunkwe ksur ta’ dritt ta’ personalità “ġeneralment jinħass l-iżjed fiċ-ċentru tal-interessi tal-persuna kkonċernata”. Enfasi miżjuda. Għalhekk jista’ jiġi dedott li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ċaħditx li, taħt ċerti ċirkustanzi, il-post fejn seħħ id-dannu jaf ma jkunx, fil-fatt, iċ-ċentru tal-interessi tal-persuna kkonċernata.

( 25 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2011, eDate Advertising et (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, punt 49). Dwar il-ġustifikazzjoni għal dan il-fattur ta’ rabta, skont il-punt 42 ta’ Bolagsupplysningen u Ilsjan, din tinstab fil-fatt li, b’mod partikolari fil-każ ta’ kontenut onlajn, tali ksur jinħass, b’mod ġenerali l-iktar determinanti fiċ-ċentru tal-interessi tal-persuna kkonċernata, minħabba r-reputazzjoni li hija tgawdi f’dan il-post, il-kunċett taċ-“ċentru tal-interessi” għandu jinftiehem li jirreferi iżjed preċiżament għall-post fejn il-persuna kkonċernata tieħu l-iżjed benefiċċji ekonomiċi, politiċi, soċjali jew anki sempliċement relazzjonali importanti mir-reputazzjoni tagħha.

( 26 ) Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2011, eDate Advertising et (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, u C-161/10, punt 51). Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-post tal-avveniment kawżali fil-każ ta’ ksur ta’ dritt fuq l-internet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma huwiex il-post fejn daħal il-messaġġ, iżda fejn ittieħdet id-deċiżjoni li jixxerred (espliċitament jew taċitament), liema post huwa preżunt li huwa s-sede tal-kumpannija li tmexxi s-sit internet jew il-post ta’ residenza tas-sid tiegħu. Ara, fir-rigward ta’ ksur ta’ drittijiet tal-awtur fuq l-Internet, is-sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2015, Hejduk (C‑441/13, EU:C:2015:28, punt 25), u, fi kwistjonijiet ta’ wiri ta’ reklam li jikser trade mark, is-sentenza tad‑19 ta’ April 2012, Wintersteiger (C‑523/10, EU:C:2012:220, punt 38). Fil-każ ta’ prodotti difettużi, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-post tal-avveniment kawżali ma huwiex il-post fejn ġie deċiż li jitqiegħed il-prodott fiċ-ċirkulazzjoni, iżda, bħala prinċipju, il-post fejn il-prodott inkwistjoni ġie mmanifatturat. Ara s-sentenza tas‑16 ta’ Jannar 2014, Kainz (C‑45/13, EU:C:2014:7, punt 26).

( 27 ) Dan il-kriterju, ibbażat essenzjalment fuq ħolqien oġġettiv tal-kunċett tal-att ta’ tixrid, jista’ jkun li jkollu bżonn jevolvi sabiex jikkunsidra l-approċċ iktar suġġettiv żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kunċett tal-proprjetà intellettwali ta’ att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, kif żviluppat fis-sentenzi tat‑8 ta’ Settembru 2016, GS Media (C‑160/15, EU:C:2016:644, punti 3548 sa 55), u tat‑22 ta’ Ġunju 2021, YouTube u Cyando (C‑682/18 u C‑683/18, EU:C:2021:503, punti 68, 81 sa 89).

( 28 ) Sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Pinckney (C‑170/12, EU:C:2013:635, punti 3645).

( 29 ) Sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2015, Hejduk (C‑441/13, EU:C:2015:28, punti 2236).

( 30 ) Sentenza tat‑3 ta’ April 2014, Hi Hotel HCF (C‑387/12, EU:C:2014:215, punt 39).

( 31 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón f’Hejduk (C‑441/13, EU:C:2014:2212, punt 43).

( 32 ) Ara, rispettivament, il-punti 36 u 39 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón f’Hejduk (C‑441/13, EU:C:2014:2212).

( 33 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punti 3638). Kif tinnota l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 37 ta’ dik is-sentenza: “għalkemm jista’ jkollha, skont id-dritt applikabbli, influenza fuq in-natura kumpensabbli tad-dannu allegat, in-natura materjali jew mhux materjali tad-dannu ma għandhiex effett fuq id-determinazzjoni taċ-ċentru tal-interessi inkwantu post li fih l-impatt reali ta’ pubblikazzjoni fuq l-internet u n-natura dannuża jew le tagħha jistgħu jkunu evalwati l-aħjar minn qorti”.

( 34 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 41.

( 35 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 48. Enfasi miżjuda.

( 36 ) Għalkemm din il-kawża ma tittrattax din il-kwistjoni, il-mistoqsija tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ġurisdizzjonijiet tal-Mużajk tqum ukoll fir-rigward ta’ azzjonijiet li jitolbu mhux it-tħassir jew ir-rettifika ta’ kontenut, iżda sabiex jiġi imblokkat l-aċċess għalih. Fil-fatt sabiex tiġġustifika s-soluzzjoni tagħha fir-rigward ta’ kawżi għat-tħassir jew għar-rettifika ta’ kontenut, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat lilha nnifisha fuq in-natura waħda u indiviżibbli tat-talbiet għar-rettifika jew għat-tħassir ta’ kontenut, li ma huwiex il-każ għat-talbiet tal-imblokkar, għaliex dan l-imblokkar jista’ jiġi ġeolokalizzat. Ara s-sentenzi tal‑15 ta’ Settembru 2016, McFadden (C‑484/14, EU:C:2016:689, punt 95), u tal‑24 ta’ Settembru 2019, Google (Portata territorjali tad-dritt għat-tneħħija ta’ referenza) (C‑507/17, EU:C:2019:772, punt 73).

( 37 ) Ara Bizer, A., “International Jurisdiction for Violations of Personality Rights on the Internet: Bolagsupplysningen”, Common Market Law Review, Vol. 55(6), 2018, p. 1941‑1957. Filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet, fir-risposta għat-tieni u t-tielet domanda dwar il-possibbiltà li jiġu aditi l-qrati tal-Istat Membru li fih jinsab iċ-ċentru tal-interessi ta’ persuna, għas-sitwazzjoni ta’ persuna li kienet ressqet azzjoni għar-rettifika ta’ ċerta data u għall-kumpens integrali għad-danni, meta rrispondiet l-ewwel domanda l-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni biss, kif jirriżulta b’mod ċar mill-kliem tar-risposta, it-talbiet għar-rettifika jew għat-tħassir ta’ kontenut.

( 38 ) Wieħed jista’ jargumenta bil-kontra li l-punt 48 tas-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766), li stabbilixxiet ir-raġunijiet li wasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex ma tapplikax il-prinċipju tal-ġurisdizzjoni tal-Mużajk fi kwistjonijiet ta’ rettifika jew tħassir, kien ifformulat b’tali mod li jiġġustifika li l-ġurisprudenza tiġi distinta iktar milli tiġi abbandunata b’mod sħiħ. Madankollu, il-kliem ta’ dan il-punt ma jidhirlix li huwa daqshekk espliċitu li jista’ jiġi dedott li l-Qorti tal-Ġustizzja neċessarjament kellha l-ħsieb li żżomm il-prinċipju Mużajk fir-rigward ta’ talbiet għall-kumpens.

( 39 ) Ara wkoll, għal dan l-għan, L. Idot, “Compétence en matière délictuelle, commentaire”, Europe, Nru. 12, Diċembru 2017, comm. 494, u Corneloup, S. u Muir Watt, H., “Le for du droit à l’oubli”, Rev. Crit. DIP, 2018, p. 297 u p. 300.

( 40 ) L-Avukat Ġenerali Bobek iqajjem argument ieħor fil-punt 84 tal-konklużjonijiet tiegħu li jirrigwarda l-indiviżibbiltà tar-rimedji. Madankollu, fil-fehma tiegħi dan l-argument jikkonċerna biss azzjonijiet li jitolbu r-rettifika jew it-tħassir ta’ kontenut onlajn.

( 41 ) Ara, għal dan l-għan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek f’Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:554, punti 7879).

( 42 ) Ara, għal dan l-għan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek f’Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:554, punt 80).

( 43 ) Ara, għal dan l-għan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek f’Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:554, punti 85 sa 88.

( 44 ) Picod, F., “Les revirements de jurisprudence de la Cour de justice de l’Union européenne”, intervent fil-Max Planck Institute Luxembourg for Procedural Law, 14 ta’ Ġunju 2017. Ara wkoll, fuq dan is-suġġett, Carpano, E., Le revirement de jurisprudence en droit européen, Bruylant, Brussell, 2012.

( 45 ) Sentenza tat‑30 ta’ April 1996, Cabanis‑Issarte (C‑308/93, EU:C:1996:169, punt 34).

( 46 ) Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 1990, HAG GF (C‑10/89, EU:C:1990:359, punt 10), u s-sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2017, M.A.S. u M.B. (C‑42/17, EU:C:2017:936, punti 13 sa 14, 16 sa 20, 5961).

( 47 ) Ara s-sentenza tat‑30 ta’ April 1996, P. vs S. (C‑13/94, EU:C:1996:170, punt 13), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tesauro f’P. vs S. (C‑13/94, EU:C:1995:444).

( 48 ) B’paragun, l-ewwel mistoqsijiet dwar il-konsegwenzi ta’ computing ubikwitarju, li huwa kunċett usa’, jidher li jmur lura għal artiklu miktub minn M. Weiser intitolat “The computer for the XXIst century” u ppubblikat fis-Scientific American, 1991, vol. 265, p. 3.

( 49 ) http://www.digitalbuzzblog.com/facebook-statistics-stats-facts-2011/.

( 50 ) Ara, per eżempju, is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2017, DI vs EASO, (T‑730/15 P, mhux ippubblikata, EU:T:2017:138, punt 86). B’mod simili, minħabba li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni ma jassumux il-liġi applikabbli, l-approċċ Mużajk huwa bħala prinċipju newtrali fir-rigward tar-riskju ta’ regolamentazzjoni żejda li tirriżulta mill-obbligu fuq l-awtur u l-pubblikatur tal-kontenut sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri varji li fihom il-kontenut ser ikun aċċessibbli. Fil-fatt, il-fatt li ċerti qrati għandhom ġurisdizzjoni esklussiva ma għandux jippreġudika l-liġi applikabbli. Anki jekk din hija finzjoni fil-prattika, il-qrati bil-ġurisdizzjoni fuq id-dannu kollu kemm hu għandhom fit-teorija japplikaw il-liġi tal-Istati Membri varji li fihom il-kontenut huwa aċċessibbli sabiex jiddeterminaw l-ammont tad-dannu dovut.

( 51 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 47).

( 52 ) Huwa minnu li l-Internet iżid l-udjenza potenzjali ta’ messaġġ. Madankollu, fir-rigward ta’ reputazzjoni, dan ma jfissirx li l-persuna mmalafamata hija neċessarjament magħrufa madwar l-Ewropa.

( 53 ) Għandu jiġi nnotat li, pereżempju, utenti tal-Internet minn Stati Membru differenti ma jħarsux lejn l-istess elementi ta’ sit internet, jew jagħmlu hekk b’attenzjoni differenti. Ara, pereżempju, Miratech, Étude internationale: les habitudes des internautes suivant les pays, 2013.

( 54 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Irlanda tal‑15 ta’ Marzu 2012, Coleman vs MGN Ltd. [2012] IESC 20 fejn il-qorti ddeċidiet li ma kellha l-ebda ġurisdizzjoni sabiex tisma’ proċeduri tal-malafama skont dak li issa huwa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Brussell għaliex ma kien hemm l-ebda prova li xi persuna li toqgħod fl-Irlanda kienet fil-fatt aċċessat il-pubblikazzjoni onlajn inkwistjoni.

( 55 ) Ara, fuq dan is-suġġett, Prings G.W., “SLAPPs: Strategic Lawsuits Against Public Participation”, 7 Pace Envtl. L: Rev., 1989, 3; Canan P., “The SLAPP from a sociological Perspective”, 7 Pace Envtl. L: Rev., 1989, 23; u Landry, N., SLAPP – Bâillonnement et répression judiciaire du discours politique, Ecosociété, 2012.

( 56 ) Anki spejjeż diretti ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti. Fil-fatt, ħafna drabi miżati mitluba f’rati legali standard biss jistgħu jiġu rifużi filwaqt li ħafna drabi avukati jimponu iktar ħlas, b’mod partikolari meta xi ħadd jirrikorri għal uffiċċju legali internazzjonali sabiex jevita li jkollu jikkorrispondi ma’ uffiċċji legali varji f’pajjiżi differenti. B’mod addizzjonali, regoli dwar ir-rimbors ta’ spejjeż legali ħafna drabi ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-parti għandha tiffinanzja bil-quddiem dawn l-ispejjeż kollha.

( 57 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2012, Folien Fischer u Fofitec (C‑133/11, EU:C:2012:664). Il-possibbiltà li titressaq azzjoni dikjaratorja negattiva teżisti, pereżempju, skont il-liġi Olandiża, iżda mhux skont il-liġi Franċiża. Ara l-Committee of experts on Human Rights Dimensions of automated data processing and differenti forms of artificial intelligence, Study on forms of liability and jurisdictional issues relating to the application of civil and administrative law in matters of defamation in the member states of the Council of Europe, Studju tal-Kunsill tal-Ewropa, DGI(2019)04, p. 24. Ara wkoll, fuq dan is-suġġett, Bouthinon‑Dumas, H., De Beaufort, V., Jenny, F. u Masson A., Stratégie d’instrumentalisation juridique et concurrence, Larcier, 2013, p. 37.

( 58 ) Xi sistemi legali jipprevedu għal mekkaniżmi sabiex jipprevjenu dan it-tip ta’ strateġija ta’ tilwim, bħal, pereżempju, ir-regola tal-forum non conveniens fid-dritt komuni.

( 59 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 41).

( 60 ) L-istess huwa veru, pereżempju, fil-każ ta’ danni li jirriżultaw minn kartell bejn fornituri. Fil-fatt, ħafna drabi, jekk il-kumpannija omm tinnegozja x-xiri ta’ materja prima, din tal-aħħar hija ġeneralment imħallsa mis-sussidjarji, li jistgħu ma jkunux 100 % sidien tagħha. Huwa għalhekk fil-kontijiet tagħhom, u mhux f’dawk tal-kumpannija omm, li l-ispejjeż addizzjonali ġġenerati minn dan il-kartell immaterjalizzaw. Għalhekk, skont kif grupp jorganizza x-xiri tiegħu, il-vittmi jistgħu jkunu l-kumpannija omm jew kull waħda mis-sussidjarji.

( 61 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 39).

( 62 ) Ara Dow Jones and Company Inc. vs Gutnick [2002] HCA 56; 210 CLR 575; 194 ALR 433; 77 ALJR 255 (10 ta’ Diċembru 2002), punt 39 (“dawk li jippubblikaw informazzjoni fuq l-Internet jagħmlu hekk konxji tal-fatt li l-informazzjoni li jagħmlu disponibbli hija disponibbli għal kulħadd mingħajr restrizzjoni ġeografika” [traduzzjoni mhux uffiċjali]).

( 63 ) Jiġifieri, billi jiġi injorat il-fatt li xi ishma tal-istess kumpannija jistgħu ma jkunux ikkwotati jew jistgħu jinbiegħu ’l barra mill-Borża fejn huma elenkati.

( 64 ) F’dan ir-rigward, jista’ jiġi nnotat li l-għan ta’ prevedibbiltà jirrigwarda kemm l-awtur tal-kontenut allegatament malafamanti u l-persuna li l-kontenut jirreferi għaliha. Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 35).

( 65 ) B’mod partikolari, id-determinazzjoni ta’ post preċiż tista’ tkun ħafna iktar imprevedibbli meta, pereżempju, dak li huwa mmalafamat ma huwiex l-isem tal-kumpannija, iżda waħda mill-ħafna trade marks użati mill-kumpannija. Minn naħa, il-mistoqsija tista’ tqum ukoll dwar jekk, għall-kuntrarju tal-isem ta’ kumpannija, trade mark tappartjenix għad-drittijiet tal-personalità. Min-naħa l-oħra, jekk dan kellu jitqies li huwa l-każ, kif jista’ jiġi applikat it-test taċ-ċentru ta’ interessi meta l-istess prodotti huma mibjugħa taħt marki differenti f’pajjiżi differenti? Għandu jiġi inferit minn dan li ċentru tal-interessi separat jeżisti għal kull trademark, minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja preċedentement irraġunat f’termini taċ-ċentru tal-interessi tal-kumpannija kkonċernata?

( 66 ) Ara, pereżempju, Rönnegard, D. u Craig Smith, N., “Shareholder Primacy vs. Stakeholder Theory: The Law as Constraint and Potential Enabler of Stakeholder Concern”, f’Harrison, J. S., Barney, J., Freeman, R. u Phillips, R., (edituri), The Cambridge Handbook of Stakeholder Theory, CUP, Cambridge, 2019, p. 117‑131, u, bil-Franċiż, Tchotourian, I, “Doctrine de l’entreprise et école de Rennes: La dimension sociétale, politique et philosophique des activités économiques affirmée – Présentation d’un courant de pensée au service de l’homme”, f’Champaud, C. (editur), L’entreprise dans la société du 21e siècle, Larcier, Brussell, 2013, p. 131‑174.

( 67 ) Pereżempju, fis-sentenza tal‑21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide (C‑352/13, EU:C:2015:335, punti 5253), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “[f]ir-rigward ta’ dannu li jikkonsisti fi spejjeż żejda mħallsa minħabba prezz artifiċjalment għoli, [il-post fejn seħħ id-dannu] bħala prinċipju, ikun jinstab fis-sede [tal-vittma]”.

( 68 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 41).

( 69 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 43). F’dan ir-rigward, għandu jingħad li l-Qorti tal-Ġustizzja tidher li tagħti tifsira oħra lill-kunċett ta’ “ċentru ta’ interessi” minn dik li ngħatat, pereżempju, mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU 2015, L 141, p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9). Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tiddefinixxi l-kunċett ta’ “ċentru tal-interessi prinċipali” bħala “il-post fejn id-debitur iwettaq l-amministrazzjoni tal-interessi tiegħu fuq bażi regolari u li jista’ jiġi aċċertat minn partijiet terzi”.

( 70 ) Filwaqt li jista’ jkun ta’ tentazzjoni sabiex jiġi kkunsidrat, minn din il-perspettiva, li l-post fejn il-kumpannija tagħmel l-iktar qligħ għandu jkun iċ-ċentru ta’ interessi, minħabba li kumpannija għandha tkopri l-ispejjeż tagħha sabiex tissopravvivi, jiena nippreferi nikkunsidra li ċ-ċentru ta’ interessi għandu jikkorrispondi għall-post fejn il-kumpannija tagħmel l-ikbar marġni kummerċjali (dħul mill-bejgħ wara li jitnaqqas il-prezz tax-xirja tal-prodotti jew servizzi mibjugħa). Barra minn hekk il-mistoqsija tista’ tqum dwar f’liema punt fiż-żmien iċ-ċentru ta’ interessi ta’ persuna ġuridika għandha tiġi evalwata: fil-mument tad-dannu jew meta titressaq l-azzjoni?

( 71 ) Fis-sentenza tagħha tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766), il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li tissuġġerixxi, fil-punt 42, li, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, iċ-ċentru ta’ interessi tal-allegat vittma kien fl-Isvezja, minħabba li hija wettqet ħafna mill-attivitajiet tagħha hemm. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma speċifikatx jekk b’“attivitajiet”, hija kellhiex l-intenzjoni li tirreferi għall-klijenti tar-rikorrent jew għall-mezz ta’ produzzjoni adottat sabiex jissodisfahom.

( 72 ) Guimaraes, G., “The Corporate Ad; Wall Street’s Supersalesman”, Industry Week, 10 ta’ Ġunju 1985, u Boistel, P., “La réputation d’entreprise: un impact majeur sur les ressources de l’entreprise”, Management & Avenir, vol. 17, Nru 3, 2008, p. 9‑25.

( 73 ) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).

( 74 ) Anki meta xi informazzjoni ekonomika ssir disponibbli pubblikament minħabba l-obbligi ta’ żvelar imposti fuq ċerti kumpanniji mid-Direttiva 2013/34/UE tas‑26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU 2013, L 182, p. 19), persuna ordinarja li ppubblikat kummenti dwar kumpannija tista’ tiltaqa’ ma’ diffikultà sabiex tifhem informazzjoni relatata ma’ din il-kumpannija sabiex tiddeduċi ċ-ċentru tal-interessi tal-kumpannija.

( 75 ) Ara, pereżempju, għal dan l-għan, is-sentenzi tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Coty Germany (C‑360/12, EU:C:2014:1318, punt 48), u tal‑10 ta’ Settembru 2015, Holterman Ferho Exploitatie et (C‑47/14, EU:C:2015:574, punt 73). Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kriterju tal-post fejn twettaq l-avveniment dannuż ma jistax jiġi interpretat b’mod daqstant wiesa’ li jinkludi kull post fejn jistgħu jinħassu l-konsegwenzi dannużi ta’ avveniment, meta diġà kkawża dannu li effettivament twettaq f’post ieħor. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet din l-osservazzjoni sabiex teskludi l-ġurisdizzjoni mhux tal-qrati tal-Istati Membri oħra li fit-territorju tagħhom l-avveniment kawżali wkoll kien jipproduċi konsegwenzi dannużi, iżda tal-qrati tal-post fejn il-vittma allegat li ġarrbet danni sussegwenti għad-dannu inizjali li kien twettaq u li kien imġarrab minnu fi Stat Membru ieħor. Ara s-sentenzi tad‑19 ta’ Settembru 1995, Marinari (C‑364/93, EU:C:1995:289, punti 1415); tad‑9 ta’ Lulju 2020, Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:534, punti 2728); u tal‑5 ta’ Lulju 2018, flyLAL‑Lithuanian Airlines (C‑27/17, EU:C:2018:533 punt 32).

( 76 ) F’dan ir-rigward jista’ jiġi nnotat li, jekk, kif il-Qorti tal-Ġustizzja semmiet fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, id-drittijiet tal-awtur huma suġġetti għal prinċipju ta’ territorjalità, huwa għaliex dawn id-drittijiet ma humiex armonizzati b’mod komplet u huma għalhekk suġġetti għal reġimi differenti. Minn din il-perspettiva, is-sitwazzjoni ta’ drittijiet tal-awtur, ma hijiex għalhekk differenti b’xi mod minn dik tad-drittijiet ta’ personalità u, b’mod partikolari, id-dritt sabiex wieħed ikun protett kontra l-malafama.

( 77 ) Dwar l-eżistenza tar-riskju ta’ dannu fuq ir-reputazzjoni ta’ kumpannija minħabba ċerti prassi fiskali, ara pereżempju, PwC, Tax Strategy and Corporate Reputation: A Business Issue, 2013.

( 78 ) Fil-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (COM(2010) 748 final), il-Kummissjoni nnotat li: “każijiet ta’ malafama li fihom individwu jsostni li xi drittijiet relatati mal-personalità jew mal-privatezza tiegħu nkisru mill-medja […] huma partikolarment sensittivi u l-Istati Membri adottaw approċċi diverġenti dwar kif għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mad-drittijiet fundamentali diversi milquta bħad-dinjità umana, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni”. B’mod simili, skont il-Professuri Corneloup u Muir Watt, il-post rispettiv li għandu jingħata lil-libertà tal-espressjoni u lill-protezzjoni tal-ħajja privata huwa s-suġġett ta’ kulturi legali kuntrastanti ħafna. Corneloup, S. u Muir Watt, H., “Le for du droit à l’oubli”, Rev. Crit. DIP, 2018, p. 296. Ara, ukoll, Kramberger Škerl, J., “Jurisdiction in On-line defamation and Violations of Privacy: In search of a Right Balance”, LeXonomica, Vol. 9, Nru 2, 2017, p. 90.

( 79 ) Ara l-Artikolu 1(2)(g) ta’ dan ir-regolament.

( 80 ) Ir-reputazzjoni hija wieħed mill-fatturi prinċipali sabiex jiġi ppenetrat suq ġdid, iżda din ir-reputazzjoni ma tinbidilx neċessarjament f’żieda immedjata fil-volum tal-bejgħ. Dwar il-kwistjoni ta’ strateġiji ta’ kommunikazzjoni legali, ara Bouthinon-Dumas, H., Cheynel, N., Karila‑Vaillant, Ch. u Masson, A., Communication juridique et judiciaire de l’entreprise, Larcier, 2015, p. 323 et seq.

( 81 ) Ara, għal dan l-għan, Bogdan, M., “Regulation Brussels Ia and Violations of Personality Rights on the Internet”, Nordic Journal of International law, Vol. 87, 2018, p. 219.

( 82 ) F’dan ir-rigward, jiena ma naqbilx bir-rispett mal-argument magħmul mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 46 tas-sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2011, eDate Advertising et (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685) li ma huwiex dejjem teknikament possibbli sabiex jiġi kkwantifikat in-numru ta’ nies li raw messaġġ jew tal-inqas dan l-argument jidhirli li huwa antik. Fil-fatt, sidien ta’ siti internet ġeneralment jużaw tali għodda, bħal Google Analytics, sabiex jirfinaw il-politika ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Ċertament, id-data miġbura għandha ċertu livell ta’ approssimazzjoni sa fejn, pereżempju, xi utenti jistgħu jużaw proxy server. Madankollu, din l-għodda hija ppreferuta mill-imsemmija sidien, li għandu t-tendenza li juri li huma madankollu meqjusa bħala rilevanti minn atturi fis-suq. Pereżempju, skont il-Wikipedia, Google Analytics hija użata minn iktar minn 10 miljun sit internet, jew iktar minn 80 % tas-suq globali. Barra minn hekk, din l-approssimazzjoni li tirriżulta mill-użu ta’ din l-għodda ma tidhirlix li hija ogħla minn dik li metodi ta’ kwantifikazzjoni oħrajn jistgħu jippreżentaw. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat minn dak iż-żmien li huwa possibbli li jiġi ġeolokalizzat utent tal-Internet (ara s-sentenza tal‑24 ta’ Settembru 2019, Google (Portata territorjali tad-dritt għat-tneħħija ta’ referenza) (C‑507/17, EU:C:2019:772, punt 73)).

( 83 ) Il-premessa 21 tar-Regolament Nru 1215/2012 tiddikjara li dan ir-regolament jimmira sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ proċedimenti simultanji. L-użu tal-verb “titnaqqas” jimplika li tali possibbiltà tista’ minkejja dan teżisti, b’mod partikolari, fejn tkun neċessarja sabiex jinkisbu għanijiet oħrajn li jridu jintlaħqu minn dan ir-regolament. Barra minn hekk, huwa ċar mill-pożizzjoni ta’ din il-premessa li dan l-għan għandu jiġi implimentat mir-regoli applikabbli għal lis pendens u azzjonijiet relatati.

( 84 ) Ara s-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 1995, Shevill et (C‑68/93, EU:C:1995:61, punt 31).

( 85 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 2011, L’Oreal et (C‑324/09, EU:C:2011:474, punt 65); tal‑21 ta’ Ġunju 2012, Donner (C‑5/11, EU:C:2012:370, punt 27); u tat‑18 ta’ Ottubru 2012, Football Dataco et (C-173/11, EU:C:2012:642, punt 39).

( 86 ) Sentenzi tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Pinckney (C‑170/12, EU:C:2013:635, punt 42), u tat‑22 ta’ Jannar 2015, Hejduk (C‑441/13, EU:C:2015:28, punt 33).

( 87 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas‑26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (verżjoni kodifikata) (ĠU 2009, L 78, p. 1). Dan ir-regolament ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1), l-Artikolu 125(5) ta’ liema huwa fformulat essenzjalment bħall-Artikolu 97(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

( 88 ) Sentenza tal‑5 ta’ Settembru 2019, AMS Neve et (C‑172/18, EU:C:2019:674, punti 5665).

( 89 ) Il-QEDB, 1 ta’ Marzu 2016, Arlewin vs L-Isvezja, CE:ECHR:2016:0301JUD002230210.

( 90 ) Ara, għal dan l-għan, sostanzjalment, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen f’Pinckney (C‑170/12, EU:C:2013:400, punt 68).

( 91 ) Skont id-dritt Franċiż, kummenti dispreġattivi jiġu kkonstatati meta rivali jxerred informazzjoni intiża li tiskredita lill-kompetitur tiegħu, sakemm l-informazzjoni inkwistjoni ma tirrigwardax kwistjoni ta’ interess ġenerali u ma għandhiex bażi fattwali suffiċjenti u, suġġett għall-proviso, ma hijiex espressa b’ċertu livell ta’ kontroll. Ara, Griel, J.‑P., “Entreprises – Le dénigrement en droit des affaires La mesure d’une libre critique”, JCP ed. G, nru 19‑20, 8 ta’ Mejju 2017, doctr. 543, u Cass. Com., 9 ta’ Jannar 2019, nru 17‑18350.

( 92 ) Ċertament, fir-rinviju tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tiddikjara li hija tikkunsidra li s-soluzzjoni stabbilita fis-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766) li tikkonċerna ksur allegat ta’ drittijiet li jirrelataw mal-personalità hija trasponibbli għal atti ta’ kompetizzjoni żleali li jirriżultaw mit-tixrid fuq forums tal-Internet ta’ kummenti allegatament dispreġattivi. Madankollu, min-naħa tiegħi, inqis li, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, hemm differenza sinjifikattiva bejn l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ drittijiet tal-personalità u l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ drittijiet purament ekonomiċi.

( 93 ) Isegwi mill-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-approċċ taċ-ċentru tal-interessi speċifikament jindirizza s-sitwazzjoni li fiha persuna qiegħda ssostni li d-drittijiet tal-personalità tagħha ġew miksura. Ara, għal dan l-għan, is-sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 2021, Mittelbayerischer Verlag (C‑800/19, EU:C:2021:489, punt 31).

( 94 ) B’żieda ma’ dan, skont id-dritt Franċiż, kummenti dispreġattivi jistgħu jikkostitwixxu wkoll, skont ċerti ċirkustanzi, abbuż ta’ pożizzjoni dominanti. Cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, Franza), sentenza nru 177 tat‑18 ta’ Diċembru 2014, Sanofi et vs Autorité de la concurrence (RG Nru 2013/12370). Fis-sentenza tagħha tat‑23 ta’ Jannar 2018, F. Hoffmann‑La Roche et (C‑179/16, EU:C:2018:25), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll li ftehim bejn kompetituri li jikkummerċjalizzaw żewġ prodotti li jikkompetu, li jikkomunikaw ċerta informazzjoni dispreġattiva lil persuni li jiddeċiedu, ikkostitwixxa restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan.

( 95 ) Skont id-dritt tal-Unjoni, l-istess att jista’ jirċievi kwalifiki differenti u, għalhekk, li jkun hemm reġimi differenti applikati għalih, sakemm l-kriterji ta’ kwalifika użati, l-għanijiet ta’ dawn ir-reġimi, u l-portata tal-protezzjoni mogħtija minn kull waħda huma differenti. Ara, b’analoġija, is-sentenza tas-27 ta’ Jannar 2011, Flos (C‑168/09, EU:C:2011:29, punt 34).

( 96 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑3 April 2014, Hi Hotel HCF (C‑387/12, EU:C:2014:215, punt 39).

( 97 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Coty Germany (C‑360/12, EU:C:2014:1318, punt 57).

( 98 ) Sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Tibor‑Trans (C‑451/18, EU:C:2019:635, punt 33).

( 99 ) Skont studju imsejjaħ “Eurobarometer – Europeans and their Languages, 2012”, imwettaq minn TNS Opinion & Social fuq talba tad-Direttorat Ġenerali Edukazzjoni u Kultura, id-Direttorat Ġenerali Traduzzjoni u d-Direttorat Ġenerali Interpretazzjoni tal-Kummissjoni, 34 % tal-popolazzjoni Franċiża indikat li hija tqis lilha nnifisha kapaċi sabiex tifhem konverżazzjoni bl-Ingliż. Tali perċentwal jidhirli li huwa suffiċjenti sabiex wieħed jassumi li messaġġ bl-Ingliż ippubblikat fuq forum li jżuruh konsumaturi Franċiżi x’aktarx jinftiehem minn konsumaturi Franċiżi.

( 100 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2019, Tibor‑Trans (C‑451/18, EU:C:2019:635, punt 34), u tal‑24 ta’ Novembru 2020, Wikingerhof (C‑59/19, EU:C:2020:950, punt 37).

( 101 ) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi tal‑5 ta’ Lulju 2018, flyLAL‑Lithuanian Airlines (C‑27/17, EU:C:2018:533, punt 41); tad‑29 ta’ Lulju 2019, Tibor‑Trans (C‑451/18, EU:C:2019:635, punt 35); u tad‑9 ta’ Lulju 2020, Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:534, punt 39).

( 102 ) Għalkemm ma hemm l-ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ “kompetizzjoni żleali” fir-Regolament Ruma II, il-premessa 21 tiegħu tiddikjara li “[f]i kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni żleali, ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet għandha tipproteġi l-kompetituri, il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali u tiżgura li l-ekonomija tas-suq tiffunzjona sew. Il-konnessjoni mal-liġi tal-pajjiż fejn ir-relazzjonijiet kompetittivi jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ikunu, jew probabbilment jiġu, milquta ġeneralment tissodisfa dawn l-objettivi”. Barra minn hekk, minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati skont id-dritt internazzjonali, għandu jiġi enfasizzat li l-Konvenzjoni ta’ Pariġi teħtieġ lill-Istati membri ta’ din il-Konvenzjoni, li huwa l-każ tal-Istati Membri kollha, sabiex jiżguraw protezzjoni effettiva kontra kompetizzjoni żleali, li tinkludi, fis-sens ta’ din il-Konvenzjoni, “allegazzjonijiet foloz, waqt l-operat, ta’ tali natura li jiskreditaw lill-istabbiliment, lill-prodotti jew lill-attività industrijali jew kummerċjali ta’ kompetitur” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ punti, għandu jitqies li l-kunċett ta’ “kompetizzjoni żleali” fis-sens tar-Regolament Ruma II jinkludi atti dispreġattivi.

( 103 ) Ċertament, din id-dispożizzjoni tintroduċi eċċezzjoni għar-regola stabbilita fl-Artikolu 6(1), li skontha “l-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att ta’ kompetizzjoni żleali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn ir-relazzjonijiet ta’ kompetittività jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ikunu, jew probabbilment jiġu, milquta”. Madankollu, jiena nifhem li din l-eċċezzjoni tfisser li hija intiża, b’mod partikolari, sabiex tippermetti, fejn huwa xieraq, l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 4(2) u 4(3) tar-regolament. Ara Wautelet, P., “Concurrence déloyale et actes restreignant la libre concurrence”, R.D.C., 2008/6, Ġunju 2008, p. 512. Konsegwentement, f’ħafna kawżi, ma huwa ser ikun hemm l-ebda differenza bejn ir-riżultati prodotti mill-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ regoli, minħabba li s-suq ħafna drabi ser ikun il-post fejn iseħħ id-dannu. Barra minn hekk, skont il-premessa 21 ta’ dan ir-regolament, ir-regola speċjali prevista fl-Artikolu 6(1) ma tidderogax mir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 4(1), li jirreferi għaliha l-Artikolu 6(2), iżda pjuttost tispeċifikaha.

( 104 ) Id-dannu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-post fejn seħħ id-dannu huwa d-dannu dirett, kif jirriżulta b’mod ċar mill-premessa 16 ta’ dan ir-regolament. Ara s-sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2015, Lazar (C‑350/14, EU:C:2015:802, punt 23).

Top