This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0696
Case C-696/20: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 7 July 2022 (request for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny — Poland) — B. v Dyrektor Izby Skarbowej w. (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 41 — Intra-Community acquisition of goods — Place — Chain of successive transactions — Incorrect classification of some of the transactions — Principles of proportionality and fiscal neutrality)
Kawża C-696/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – B. vs Dyrektor Izby Skarbowej w W. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 41 – Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija – Post – Katina ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi – Klassifikazzjoni żbaljata ta’ parti mit-tranżazzjonijiet – Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali)
Kawża C-696/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – B. vs Dyrektor Izby Skarbowej w W. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 41 – Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija – Post – Katina ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi – Klassifikazzjoni żbaljata ta’ parti mit-tranżazzjonijiet – Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali)
ĠU C 318, 22.8.2022, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – B. vs Dyrektor Izby Skarbowej w W.
(Kawża C-696/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 41 - Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija - Post - Katina ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi - Klassifikazzjoni żbaljata ta’ parti mit-tranżazzjonijiet - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali)
(2022/C 318/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: B.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w W.
Dispożittiv
L-Artikolu 41 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija huwa kkunsidrat bħala li twettaq fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, meta dan l-akkwist, li jikkostitwixxi l-ewwel tranżazzjoni ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi, ġie kklassifikat b’mod żbaljat bħala tranżazzjoni nazzjonali mill-persuni taxxabbli involuti, li indikaw għal dan il-għan in-numri tagħhom ta’ identifikazzjoni tal-VAT (taxxa fuq il-valur miżjud) attribwiti mill-imsemmi Stat Membru, u li t-tranżazzjoni sussegwenti, li ġiet ikklassifikata b’mod żbaljat bħala tranżazzjoni intra-Komunitarja, kienet suġġetta għall-VAT bħala akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija mill-akkwirenti tal-merkanzija fl-Istat Membru tal-wasla tat-trasport tal-merkanzija. Din id-dispożizzjoni, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali, tipprekludi madankollu tali leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru meta l-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li jitqies li sar fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ikun ġej minn kunsinna intra-Komunitarja ta’ merkanzija li ma tkunx ġiet ittrattata bħala tranżazzjoni eżentata fl-imsemmi Stat Membru.