Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0660

Kawża C-660/20, Lufthansa CityLine: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – MK vs Lufthansa CityLine GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol part-time – Direttiva 97/81/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part-time – Punt (1) tal-klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ta’ ħaddiema part-time – Prinċipju ta’ pro rata temporis – Piloti – Remunerazzjoni għal sigħat addizzjonali ta’ xogħol – Limiti ta’ skattar identiċi għall-piloti li jaħdmu full-time u għall-piloti li jaħdmu part-time – Differenza fit-trattament)

ĠU C, C/2023/1100, 4.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1100/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1100/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1100

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – MK vs Lufthansa CityLine GmbH

(Kawża C-660/20, Lufthansa CityLine) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Xogħol part-time - Direttiva 97/81/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part-time - Punt (1) tal-klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ta’ ħaddiema part-time - Prinċipju ta’ pro rata temporis - Piloti - Remunerazzjoni għal sigħat addizzjonali ta’ xogħol - Limiti ta’ skattar identiċi għall-piloti li jaħdmu full-time u għall-piloti li jaħdmu part-time - Differenza fit-trattament)

(C/2023/1100)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Konvenut: Lufthansa CityLine GmbH

Dispożittiv

1)

Il-punt (1) tal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ħlas ta’ remunerazzjoni addizzjonali, b’mod uniformi għall-ħaddiema part-time u għall-ħaddiema full-time komparabbli, għal li jinħadem l-istess numru ta’ sigħat ta’ xogħol ta’ attività partikolari bħax-xogħol ta’ titjir ta’ pilota, tikkostitwixxi trattament “inqas favorevoli” tal-ħaddiema part-time, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

Il-punti (1) u (2) tal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 97/81/KE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ħlas ta’ remunerazzjoni addizzjonali, b’mod uniformi għall-ħaddiema part-time u għall-ħaddiema full-time komparabbli, għal li jinħadem l-istess numru ta’ sigħat ta’ xogħol ta’ attività partikolari bħax-xogħol ta’ titjir ta’ pilota, sabiex jiġi kkumpensat piż ta’ xogħol partikolari għal din l-attività.


(1)   ĠU C 62, 22.2.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1100/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top