This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0501
Case C-501/20: Judgment of the Court (Third Chamber) of 1 August 2022 (request for a preliminary ruling from the Audiencia Provincial de Barcelona- Spain) — MPA v LCDNMT (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Jurisdiction, recognition and enforcement of decisions in matrimonial matters and in the matters of parental responsibility — Regulation (EC) No 2201/2003 — Articles 3, 6 to 8 and 14 — Definition of ‘habitual residence’ — Jurisdiction, recognition, enforcement of decisions and cooperation in matters relating to maintenance obligations — Regulation (EC) No 4/2009 — Articles 3 and 7 — Nationals of two different Member States residing in a third State as members of the contract staff working in the EU Delegation to that third State — Determination of jurisdiction — Forum necessitatis)
Kawża C-501/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – M P A vs LC D N M T (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Artikoli 3, 6 sa 8 u 14 – Kunċett ta’ “residenza abitwali” – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent, eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment – Regolament (KE) Nru 4/2009 – Artikoli 3 u 7 – Ċittadini ta’ żewġ Stati Membri differenti, residenti fi Stat terz bħala membri tal-persunal bil-kuntratt assenjati fid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’dan l-Istat terz – Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni – Forum necessitatis)
Kawża C-501/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – M P A vs LC D N M T (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Artikoli 3, 6 sa 8 u 14 – Kunċett ta’ “residenza abitwali” – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent, eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment – Regolament (KE) Nru 4/2009 – Artikoli 3 u 7 – Ċittadini ta’ żewġ Stati Membri differenti, residenti fi Stat terz bħala membri tal-persunal bil-kuntratt assenjati fid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’dan l-Istat terz – Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni – Forum necessitatis)
Information about publishing Official Journal not found, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – M P A vs LC D N M T
(Kawża C-501/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 3, 6 sa 8 u 14 - Kunċett ta’ “residenza abitwali” - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent, eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikoli 3 u 7 - Ċittadini ta’ żewġ Stati Membri differenti, residenti fi Stat terz bħala membri tal-persunal bil-kuntratt assenjati fid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’dan l-Istat terz - Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni - Forum necessitatis)
(2022/C 408/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M P A
Konvenut: LC D N M T
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, u l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ma jistax jikkostitwixxi element determinanti l-kwalità ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt tal-Unjoni tal-konjuġi kkonċernati, assenjati f’delegazzjoni ta’ din tal-aħħar fi Stat terz u li fir-rigward tagħhom huwa allegat li għandhom status diplomatiku f’dan l-Istat terz. |
2) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali ta’ wild, ir-rabta kkostitwita min-nazzjonalità tal-omm kif ukoll mir-residenza tagħha, qabel iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, fl-Istat Membru tal-qorti adita b’talba fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma hijiex rilevanti, filwaqt li huwa insuffiċjenti l-fatt li l-ulied minuri twieldu f’dan l-Istat Membru u għandhom in-nazzjonalità tiegħu. |
3) |
Fil-każ fejn ebda qorti ta’ Stat Membru ma għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq talba għax-xoljiment tar-rabta matrimonjali bis-saħħa tal-Artikoli 3 sa 5 tar-Regolament Nru 2201/2003, l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-konvenut fil-kawża prinċipali jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor minn dak li fih tinsab il-qorti adita jipprekludi l-applikazzjoni tal-klawżola relatata mal-ġurisdizzjoni residwa prevista f’dan l-Artikolu 7 sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti, mingħajr, madankollu, ma jimpedixxi lill-qrati tal-Istat Membru li tiegħu huwa ċittadin milli jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu tali talba skont ir-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni ta’ dan l-aħħar Stat Membru. Fil-każ fejn ebda qorti ta’ Stat Membru ma għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq talba fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri bis-saħħa tal-Artikoli 8 sa 13 ta’ dan ir-regolament, l-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-konvenut fil-kawża prinċipali jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor minn dak li fih tinsab il-qorti adita ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-klawżola relatata mal-ġurisdizzjoni residwa prevista f’dan l-Artikoli 14. |
4) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament 4/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|